1.1. L-istruttura ġenerali
Il-Ġurnal Uffiċjali jikkonsisti fi tliet serjejiet: Leġiżlazzjoni (L), Informazzjoni u Avviżi (C), u Suppliment ta’ Il‑Ġurnal Uffiċjali tal‑Unjoni Ewropea (S).
Il-Ġurnal Uffiċjali tal‑Unjoni Ewropea jikkonsisti fi tliet serjejiet:
- is-serje L: Leġiżlazzjoni,
- is-serje C: Informazzjoni u Avviżi,
- is-serje S: Suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal‑Unjoni Ewropea.
Is-serje L u C huma ppubblikati att b’att kuljum, mit‑Tnejn sal-Ġimgħa, kif ukoll is‑Sibtijiet, il‑Ħdud u l‑festi pubbliċi f’każijiet urġenti.
Sat-30 ta’ Settembru 2023, l‑edizzjonijiet ta’ kuljum tal‑Ġurnal Uffiċjali kienu kompilazzjonijiet ta’ dokumenti ppubblikati dakinhar stess. Bl-introduzzjoni tal‑pubblikazzjoni att b’att fl‑1 ta’ Ottubru 2023, kull ħarġa tal‑Ġurnal Uffiċjali fiha dokument wieħed biss.
Il-pubblikazzjoni att b’att iżżid kemm il‑flessibbiltà kif ukoll il‑ħeffa tal‑proċess tal‑pubblikazzjoni. Id‑dokumenti kollha issa huma ppubblikati b’mod indipendenti, u b’hekk l‑użu ta’ serje addizzjonali għall-pubblikazzjonijiet urġenti mhuwiex meħtieġ. Għaldaqstant, is‑serje L … I u C … I twaqqfu mill-1 ta’ Ottubru 2023 u se tibqa’ biss is‑serje L u C ewlenija. Is‑serje C … A twaqqfet ukoll.
Ir-referenzjar tal‑Ġurnal Uffiċjali huwa bbażat fuq is‑serje tiegħu, in‑numru tad-dokument (għajr għall-ftehimiet internazzjonali u r‑rettifiki), id‑data tal‑pubblikazzjoni u l‑ELI — ir-referenza tal‑paġna ma għadhiex valida. Għal aktar informazzjoni dwar ir-referenzjar, ara t‑Taqsima 3.1 “Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali”.
Is-serje L
Is-serje L tiġbor fiha dawn l‑intestaturi:
- atti leġiżlattivi (L I),
- atti mhux leġiżlattivi (L II),
- atti oħrajn (L III),
- rettifiki.
Ara wkoll it-Taqsima 1.2 “is-serje L”.
Is-serje C
Is-serje C tiġbor fiha dawn l‑intestaturi:
- riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet (C I),
- komunikazzjonijiet (C II),
- atti preparatorji (C III),
- informazzjoni (C IV),
- avviżi (C V),
- rettifiki.
Minħabba l‑għadd ta’ atti differenti li jiġu ppubblikati fis-serje C, hemm varjetà akbar ta’ preżentazzjonijiet tipografiċi meta mqabbla mal‑Ġurnal Uffiċjali tas-serje L, iżda r‑regoli li wieħed irid jimxi magħhom jibqgħu l‑istess għat-tnejn li huma.
Ara wkoll it-Taqsima 1.3 “is-serje C”.
Is-serje C kienet supplimentata bis-serje C … A, is‑C … E (twaqqfet mill-1 ta’ April 2014) u s-serje C … I. Il-puntini jirrappreżentaw in‑numru tal‑Ġurnal Uffiċjali tas-serje C ta’ dakinhar.
- Is-serje C … A (A = Anness)
Din is‑serje kienet riżervata għall-pubblikazzjoni ta’ kompetizzjonijiet miftuħa, avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti u katalogi komuni (varjetajiet ta’ speċijiet agrikoli, eċċ.). - Is-serje C … E (E = elettronika)
Din is‑serje kienet riżervata għall-pubblikazzjoni ta’ ċerti testi, bħalma huma l‑pożizzjonijiet tal‑Kunsill skont il‑proċedura leġiżlattiva ordinarja jew il‑minuti u t‑testi adottati mill-Parlament Ewropew. Dawn huma disponibbli fuq is‑sit tal‑EUR-Lex (u fuq id‑DVD li dak iż-żmien kien joħroġ kull xahar). - Is-serje C … I (I = iżolata)
ĠU C 137, 27.5.2010
ĠU C 137 A, 27.5.2010
ĠU C 137 E, 27.5.2010
ĠU C 119 I, 5.4.2018
Is-serje S
Is-serje S (S = suppliment) hija riżervata għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal offerti għal kuntratti pubbliċi, kif ukoll avviżi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn. Din is‑serje hija disponibbli fuq DVD u minn fuq l‑Internet (id-database tat‑TED).