1.2.3. Il-kontenut

Lista u eżempji ta’ atti ppubblikati fis-serje L huma ppreżentati hawnhekk, bl‑atti miġbura fl‑intestaturi u s-subintestaturi rilevanti.

Lista u eżempji ta’ atti ppubblikati fis-serje L huma ppreżentati hawnhekk, bl‑atti miġbura fl‑intestaturi u s-subintestaturi rilevanti.

L I — L‑atti leġiżlattivi

(a) Regolamenti

F’din is‑subintestatura nsibu regolamenti adottati b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l‑Kunsill (il‑proċedura leġiżlattiva ordinarja), jew individwalment minn waħda miż-żewġ istituzzjonijiet, bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjoni l‑oħra (proċedura leġiżlattiva speċjali):il-parentesi tondi

Ir-Regolament (UE) 2015/475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939

(b) Direttivi

F’din is‑subintestatura nsibu direttivi adottati jew mill-Parlament Ewropew u l‑Kunsill flimkien (il‑proċedura leġiżlattiva ordinarja), jew individwalment mill-Kunsill, bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew (proċedura leġiżlattiva speċjali):

Id-Direttiva (UE) 2015/254 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/121

(c) Deċiżjonijiet

F’din is‑subintestatura nsibu deċiżjonijiet adottati jew mill-Parlament Ewropew u l‑Kunsill flimkien (il‑proċedura leġiżlattiva ordinarja), jew individwalment mill-Kunsill, bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew (proċedura leġiżlattiva speċjali):

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/457

(d) Baġits

F'din is‑subintestatura nsibu l‑baġits annwali u baġits emendatorji tal-Unjoni Ewropea relatati, preċeduti bl-att li jadottahom definittivament, jiġu ppubblikati f’din it‑taqsima:

L-Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2023/278 tal-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023

Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2023/1752 tal-baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023

In-numru jingħata lill-adozzjoni definittiva, jiġifieri lill-att li jsir qabel il‑baġit annwali jew il‑baġit emendatorju. Il-baġit annwali nnifsu ma jġorr miegħu l‑ebda numru, filwaqt li l‑baġits emendatorji jkollhom numru assenjat mill-awtur:

Il-baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023

L II — Atti mhux leġiżlattivi

(a) Ftehimiet internazzjonali

F’dan il‑kuntest, “Ftehimiet internazzjonali” (minn hawn ’il quddiem imsejħa ftehimiet) jinkludu dawk il‑ftehimiet konklużi bejn l‑Unjoni Ewropea u/jew il‑Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, konvenzjonijiet iffirmati mill-Istati Membri, ftehimiet, konvenzjonijiet u protokolli stabbiliti mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, ftehimiet interni bejn ir‑Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, ftehimiet f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri, eċċ.id-deċiżjonijietPESKil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK)ir-rakkomandazzjonijiet

Il-ftehimiet, kif definiti hawn fuq, mhumiex innumerati. L‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jassenjalhom biss in‑numru tal-Ġurnal Uffiċjali (dan in‑numru jidher fil-header tal-Ġurnal Uffiċjali).

F’din is‑subintestatura nsibu:

  • deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ftehim, u li għandhom it‑test tal-ftehim mehmuż,

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/209 tal-10 ta’ Novembru 2014 dwar l‑iffirmar, f’isem l‑Unjoni Ewropea, u l‑applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma’ Orizzont 2020 — il‑Programm Qafas għar-Riċerka u l‑Innovazzjoni (2014-2020)

    Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma’ Orizzont 2020 — il‑Programm Qafas għar-Riċerka u l‑Innovazzjoni (2014-2020)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/105 tal-14 ta’ April 2014 dwar l‑iffirmar, f’isem l‑Unjoni, u l‑applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il‑Komunitajiet Ewropej u l‑Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r‑Repubblika tal-Azerbajġan, mill-parti l‑oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l‑Unjoni Ewropea u r‑Repubblika tal-Azerbajġan dwar il‑prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan fi programmi tal-Unjoni

    Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il‑Komunitajiet Ewropej u l‑Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r‑Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l‑oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l‑Unjoni Ewropea u r‑Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il‑prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fi programmi tal-Unjoni

  • deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ftehim, iżda li ma għandhomx it‑test tal-ftehim mehmuż,

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1796 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar il‑konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l‑Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l‑Konfederazzjoni Żvizzera ma’ Orizzont 2020 — il‑Programm Qafas għar-Riċerka u l‑Innovazzjoni u l‑Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l‑parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl‑attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija

  • informazzjoni li għandha x’taqsam mad-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet.

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l‑Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l‑eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir [2023/2212]

    NB:

    Din tkun l‑unika informazzjoni ppubblikata fis‑serje L.

(b) Regolamenti

F’din is‑subintestatura nsibu ċerti regolamenti tal-Kunsill (regolamenti bbażati direttament fuq it‑Trattati u r‑regolamenti ta’ implimentazzjoni), regolamenti tal-Kummissjoni (regolamenti bbażati direttament fuq it‑Trattati, ir‑regolamenti delegati u ta’ implimentazzjoni) u regolamenti tal-Bank Ċentrali Ewropew:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/281

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/52

Ir-Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew […] (BĊE/2015/13)

Regolamenti tal-BĊE, li jkun diġà ngħatalhom numru mill-awtur (“BĊE/2015/13”), jiġu ppubbli‑kati b’numerazzjoni doppja (ara t‑Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja” ).

(c) Direttivi

F’din is‑subintestatura nsibu ċerti direttivi tal-Kunsill (direttivi bbażati direttament fuq it‑Trattati u direttivi ta’ implimentazzjoni) u direttivi tal-Kummissjoni (direttivi bbażati direttament fuq it‑Trattati u direttivi delegati u ta’ implimentazzjoni):

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/565

Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/573

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1168

(d) Deċiżjonijiet

Din is‑subintestatura tkopri:

  • deċiżjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, deċiżjonijiet tal-Kunsill u r‑Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri u deċiżjonijiet meħuda bi ftehim komuni bejn ir‑Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri:

    Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/578 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

  • ċerti deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew:

    Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1614 tal-Parlament Ewropew

  • deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew:

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/509

  • ċerti deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

    Id-Deċiżjoni (UE) 2015/468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

  • ċerti deċiżjonijiet tal-Kunsill (deċiżjonijiet ibbażati direttament fuq it‑Trattati, li jinkludu d‑deċiżjonijiet tal-PESK, u d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni):

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1025

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/156

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/76

  • Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (deċiżjonijiet ibbażati direttament fuq it‑Trattati, deċiżjonijiet delegati u ta’ implimentazzjoni):

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/119

    Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1602

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103

  • Deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew:

    Id-Deċiżjoni (UE) 2015/299 tal-Bank Ċentrali Ewropew […] (BĊE/2015/5)

    Deċiżjonijiet tal-BĊE, li jkun diġà ngħatalhom numru mill-awtur (“BĊE/2015/5”), jiġu ppubblikati b’numerazzjoni doppja (ara t‑Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”).

NB:

Qabel l‑1 ta’ Diċembru 2009, kien hemm żewġ tipi ta’ deċiżjonijiet (u li għalihom ċerti lingwi kienu jużaw termini differenti): min-naħa l‑waħda, deċiżjonijiet li kellhom fihom artikolu li jsemmi d‑destinatarju/i fl‑aħħar tat‑termini ta’ promulgazzjoni u numru ta’ notifika fit-titolu; min-naħa l‑oħra, id‑deċiżjonijiet sui generis, li kellhom it‑termini ta’ promulgazzjoni tagħhom jibdew b’“iddeċidew/iddeċieda/iddeċidiet” (u mhux “adottaw/adotta(t) din id‑deċiżjoni”). Din id‑differenza ma għadhiex aktar valida bid-dħul fis-seħħ tat‑Trattat ta’ Liżbona. Madankollu, f’ċerti każijiet, deċiżjonijiet mingħajr destinatarju jintużaw bl‑istess mod bħal deċiżjonijiet sui generis.

(e) Rakkomandazzjonijiet

F’din is‑subintestatura nsibu rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont l‑Artikoli 121, 126, 140 u 292 tat‑Trattat dwar il‑Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir‑rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (l‑Artikolu 292) u r‑rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (l‑Artikolu 292):

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1029

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/682

Rakkomandazzjonijiet tal-BĊE, li jkun diġà ngħatalhom numru mill-awtur, jiġu ppubblikati b’numerazzjoni doppja (ara t‑Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”)

Rakkomandazzjonijiet oħra jiġu ppubblikati fis-serje C.

(f) Linji gwida

F’din is‑subintestatura nsibu linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew. Dawn l‑atti, li jkun diġà ngħatalhom numru mill-awtur (“BĊE/2015/20”), jiġu ppubblikati b’numerazzjoni doppja (ara t‑Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”):

Il-Linja gwida (UE) 2015/732 tal-Bank Ċentrali Ewropew […] (BĊE/2015/20)

(g) Regoli ta’ proċedura

Dan jikkonċerna r‑regoli ta’ proċedura tal-istituzzjonijiet u l‑korpi; ir‑regoli ta’ proċedura tal-uffiċċji u l‑aġenziji li jiġu ppubblikati fis-serje C. Ir-regoli ta' proċedura jingħataw numru fl‑aħħar tat‑titolu, bejn parentesijiet kwadri:

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tar-Reġjuni [SSSS/N]

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri [SSSS/N]

Emendi għall-Istruzzjonijiet lir‑Reġistratur tal-Qorti Ġenerali [SSSS/N]

Jekk ir‑regoli ta’ proċedura jiġu annessi ma’ xi att, dawn jiġu kklassifikati taħt l‑istess intestatura tal-att u ma jingħatawx numru:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/354 tat‑2 ta’ Marzu 2015 li tadotta r‑Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Faċilità tal-Investiment stabbilit taħt l‑awspiċji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (l‑att li miegħu huma annessi r‑regoli ta’ proċedura)

(h) Atti adottati minn korpi stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali

F’din is‑subintestatura nsibu d‑deċiżjonijiet tal-korpi stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali, kif ukoll ir‑regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE). Dawn l‑atti għandhom numerazzjoni doppja (ara wkoll t‑Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”).

Id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE […] [2015/1909]

Id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera […] [2015/542]

Ir-Regolament Nru 78 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) […] [2015/145]

Id-Deċiżjoni Nru 3/JP/2018 […] [2019/347]

(i) Ftehimiet interistituzzjonali

Ftehimiet interistituzzjonali jirregolaw ċertu aspetti tal-konsultazzjoni u l‑kooperazzjoni bejn l‑istituzzjonijiet tal-UE u huma l‑prodott ta’ konsensus bejniethom — jiġifieri jikkostitwixxu forma ta’ regoli konġunti ta’proċedura.

L-istituzzjonijiet jiddeċiedu jekk jippubblikawx dawn il‑ftehimiet fis-serje L jew fis-serje C skont il‑kuntest, l‑ambitu u l‑effetti tagħhom.

L III — Atti oħrajn

Iż-Żona Ekonomika Ewropea

F'din is‑subintestatura nsibu:ŻEE/EFTAid-deċiżjonijietŻEE/EFTA

  • deċiżjonijiet adottati fil-qafas taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE):

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2014 […] [2015/94]

  • atti adottati fil-qafas tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA):

    Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 226/17/COL […] [2018/564]

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 2/2015/SC […] [2015/2024]

  • Regoli ta’ proċedura tal-Qorti tal-EFTA.

Dawn l‑atti, bl‑eċċezzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Qorti tal-EFTA, għandhom numerazzjoni doppja (ara wkoll t‑Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”).

Fl-atti li joriġinaw mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), is‑sena msemmija fin-numru tal-att ikun fiha biss żewġ ċifri: 226/17/COL (“COL” tirreferi għall-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza).

Rettifiki

Ir-rettifiki jistgħu jidhru biss f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi u t‑tul u l‑kontenut tagħhom jista’ jvarja minn verżjoni ta’ lingwa għal oħra. Dawn huma l‑uniċi dokumenti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali li mhumiex sinottiċi.

Ir-rettifiki mhumiex innumerati peress li ma jitqisux bħala atti separati. Madankollu, huma jirċievu n‑numru tal-Ġurnal Uffiċjali SSSS/9NNNN, fejn in‑numru sekwenzjali b’ħames ċifri dejjem jibda b’9.


It-titolu tar-rettifika bl‑intestatura tal-Ġurnal Uffiċjali, is‑serje L.