1.3.1. Il-klassifikazzjoni tad-dokumenti

Dokumenti ppubblikati fis-serje C huma kklassifikati taħt ħames intestaturi: Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet (C I), Komunikazzjonijiet (C II), Atti preparatorji (C III), Informazzjoni (C IV) u Avviżi (C V).

Is-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tkopri varjetà wiesgħa ta’ dokumenti. Din hija lista mhux eżawrjenti ta’ dokumenti miġbura skont l-intestatura u s-subintestatura (għall-ordni tal-elenkar, ara l-istruttura tal-Ġurnal Uffiċjali fl-EUR-Lex).

info:
Il-Ġurnal Uffiċjali — is-serje C

C I — Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

  • Riżoluzzjonijiet
  • Rakkomandazzjonijiet
  • Opinjonijiet

C II — Komunikazzjonijiet

  • Ftehimiet interistituzzjonali
  • Dikjarazzjonijiet konġunti
  • Komunikazzjonijiet minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea

C III — Atti preparatorji

  • L-inizjattivi tal-Istati Membri
  • Il-Parlament Ewropew
  • Il-Kunsill
  • Il-Kummissjoni Ewropea
  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
  • Il-Bank Ċentrali Ewropew
  • Il-Qorti tal-Awdituri
  • Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
  • Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
  • Il-Kumitat tar-Reġjuni
  • Il-Bank Ewropew tal-Investiment
  • L-uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea

C IV — Informazzjoni

  • Informazzjoni minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea
  • Informazzjoni mill-Istati Membri
  • Informazzjoni dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (l-ewwel dawk mill-istituzzjonijiet, imbagħad dawk mill-Istati Membri)
  • Informazzjoni minn pajjiżi terzi

C V — Avviżi

  • Proċeduri amministrattivi
  • Proċedimenti tal-qorti
  • Proċeduri dwar l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni
  • Proċeduri dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni
  • Atti oħrajn

Ġewwa s-subintestaturi, id-dokumenti jiġu kklassifikati skont l-ordni tal-awtur (ara t-Taqsima 3.4.2).