1.3.2. In-numerazzjoni tad-dokumenti

Għajr għar-rettifiki, id-dokumenti ppubblikati fis-serje C jingħataw numru tal-avviż mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

In-numru tal-avviż

Għajr għar-rettifiki, id-dokumenti ppubblikati fis-serje C jingħataw numru tal-avviż mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

In-numru tal-avviż jikkonsisti fi:

  1. l-ittra “C” li tikkorrispondi għas-serje C,
  2. is-sena tal-pubblikazzjoni, li tinkludi erba’ ċifri,
  3. in-numru sekwenzjali, ibbażat fuq sekwenza annwali, u li jinkludi l-ammont ta’ ċifri li hemm bżonn.

C/SSSS/N

Dan in-numru jitqiegħed taħt it-titolu, fiċ-ċentru u bejn il-parentesi.

In-numru tal-avviż huwa identiku għan-numru tal-Ġurnal Uffiċjali li jidher fil-header tal-Ġurnal Uffiċjali.

info:
Qabel l-1 ta’ Ottubru 2023

In-numru tal-avviż kien ikun fih:

  1. is-sena tal-pubblikazzjoni:
    1. sal-31 ta’ Diċembru 1998, l-aħħar żewġ ċifri,
    2. mill-1 ta’ Jannar 1999, l-erba’ ċifri kollha,
  2. in-numru tal-Ġurnal Uffiċjali,
  3. in-numru li juri l-ordni tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

98/C 45/01

2010/C 2/08

Numerazzjoni speċjali

Ċerti dokumenti għandhom in-numerazzjoni tagħhom fit-titolu:

  • il-pożizzjonijiet tal-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

    Il-Pożizzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 11/2010 fl-ewwel qari

    NB:

    Qabel, fil-qafas tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni, kien ikun hemm “Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill”:

    Il-Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 14/2005 tal-Kunsill

  • l-għajnuna mill-Istat:

    L-Għajnuna mill-Istat C 32/09

    NB:

    Oqgħod attent għan-numerazzjoni: C 55/99, C 55/2000 (erba’ numri għas-sena 2000), C 55/01, eċċ.

  • kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

    Kawża C-187/10 (Il-Qorti tal-Ġustizzja)

    Kawża T-211/10 (Il-Qorti Ġenerali — mill-15.11.1989)

    Kawża F-29/10 (It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — mit-23 ta’ Lulju 2005 sal-31 ta’ Awwissu 2016)

    Qabel il-15 ta’ Novembru 1989 (għall-Qorti tal-Ġustizzja biss): Kawża 84/81

    NB:

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, maħluq fl-2004, temm l-attivitajiet tiegħu fl-1 ta’ Settembru 2016 wara li ttrasferixxa l-kompetenzi tiegħu lill-Qorti Ġenerali.

  • opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri:

    Opinjoni Nru 01/2022 (qabel l-1 ta’ Jannar 2022: Opinjoni Nru 1/2021)

  • kawżi tal-Qorti tal-EFTA:

    Kawża E-5/10

  • avviżi ta’ kompetizzjonijiet miftuħa (ippubblikati fis-serje C … A sat-30 ta’ Settembru 2023):

    EPSO/AD/177/10

  • avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti:

    COM/2010/10275

  • Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali:

    Id-Deċiżjoni Nru H8 tas-17 ta’ Diċembru 2015 (aġġornata bi ftit kjarifiki tekniċi fid-9 ta’ Marzu 2016) dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

  • baġits emendatorji tal-aġenziji:

    Stqarrija ta’ dħul u ħruġ tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2010 — baġit emendatorju Nru 1

  • sejħiet għal proposti:

    Sejħa għal proposta IX-2011/01 — “Għotjiet lil partiti politiċi fuq livell Ewropew”

NB:

Sal-23 ta’ Lulju 2002 (data ta’ skadenza tat-Trattat KEFA), kien hemm “kunsensi” tal-Kunsill:

Kunsens Nru 22/96

Kunsens Nru 6/2002