1.3.3. Il-kontenut
Lista tat‑tipi ta’ dokumenti ppubblikati fis-serje C hija ppreżentata hawnhekk, bid-dokumenti miġbura fl‑intestaturi u s-subintestaturi rilevanti.
Lista tat‑tipi ta’ dokumenti ppubblikati fis-serje C hija ppreżentata hawnhekk, bid-dokumenti miġbura fl‑intestaturi u s-subintestaturi rilevanti.
C I — Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
F’din l‑intestatura nsibu:
- riżoluzzjonijiet (eż. riżoluzzjonijiet (mhux leġiżlattivi) tal‑Parlament Ewropew, riżoluzzjonijiet tal‑Kunsill u r‑Rappreżentanti tal‑Gvernijiet tal‑Unjoni Ewropea mlaqqgħin fil‑Kunsill, riżoluzzjonijiet tal‑Kunsill, riżoluzzjonijiet tal‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, riżoluzzjonijiet tal‑Kumitat Ewropew tar-Reġjuni),
- rakkomandazzjonijiet (eż. rakkomandazzjonijiet tal‑Parlament Ewropew lill-Kunsill, rakkomandazzjonijiet tal‑Kunsill, rakkomandazzjonijiet tal‑Kummissjoni, rakkomandazzjonijiet tal‑Bank Ċentrali Ewropew),
- opinjonijiet li t‑talba għalihom minn xi istituzzjoni mhijiex obbligatorja (eż. l‑opinjoni tal‑Kunsill, l‑opinjoni tal‑Kummissjoni, l‑opinjoni tal‑Bank Ċentrali Ewropew, l‑opinjoni tal‑Qorti tal‑Awdituri, l‑opinjoni tal‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, l‑opinjoni tal‑Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l‑opinjoni tal‑Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data).
C II — Komunikazzjonijiet
F’din l-intestatura nsibu:
- ftehimiet interistituzzjonali (li jinkludu deċiżjonijiet li jemendaw dawk il‑ftehimiet); l‑istituzzjonijiet jiddeċiedu jekk jippubblikawhomx fis-serje L jew fis-serje C skont il‑kuntest, l‑ambitu u l‑effetti tagħhom,
- dikjarazzjonijiet konġunti,
- komunikazzjonijiet minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal‑Unjoni Ewropea (eż. xi deċiżjonijiet tal‑Parlament Ewropew, komunikazzjonijiet tal‑Kunsill, xi deċiżjonijiet tal‑Kummissjoni, komunikazzjonijiet tal‑Kummissjoni, numru ta’ katalogi komuni tal‑ispeċijiet tal‑pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex, Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), l‑applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda, in‑nonoppożizzjonijiet għal konċentrazzjonijiet notifikati, l‑awtorizzazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat, deċiżjonijiet tal‑entitajiet maniġerjali, il‑proċeduri ta’ ingaġġ).
C III — Atti preparatorji
F’din l‑intestatura nsibu:
- inizjattivi tal‑Istati Membri,
- atti preparatorji tal‑istituzzjonijiet, il‑korpi, l‑uffiċċji u l‑aġenziji (eż. riżoluzzjonijiet leġiżlattivi, pożizzjonijiet u riżoluzzjonijiet tal‑Parlament Ewropew, il‑pożizzjonijiet tal‑Kunsill, opinjonijiet li t‑talba tagħhom hija obbligatorja u rakkomandazzjonijiet tal‑Bank Ċentrali Ewropew, opinjonijiet tal‑Qorti tal‑Awdituri li t‑talba tagħhom hija obbligatorja, opinjonijiet tal‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li t‑talba tagħhom hija obbligatorja, opinjonijiet tal‑Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li t‑talba tagħhom hija obbligatorja).
C IV — Informazzjoni
F’din l‑intestatura nsibu:
- informazzjoni mill-istituzzjonijiet, il‑korpi, l‑uffiċċji u l‑aġenziji tal‑Unjoni Ewropea (eż. Stqarrijiet mir-Rappreżentanti tal‑Gvernijiet tal‑Istati Membri meta jiltaqgħu fil‑Kunsill, atti tal‑Kunsill, deċiżjonijiet tal‑Kunsill, rapporti annwali tal‑Kunsill, rapporti dwar il‑kontroll baġitarju u l‑ġestjoni finanzjarja tal‑istituzzjonijiet u l‑korpi differenti, minuti tas-sessjonijiet parzjali tal‑Parlament Ewropew, deċiżjonijiet tal‑Parlament Ewropew, deċiżjonijiet tal‑Kummissjoni, komunikazzjonijiet tal‑Kummissjoni rigward in‑nomina tal‑membri, rati tal‑kambju tal‑euro, sommarji ta’ deċiżjonijiet tal‑Unjoni Ewropea dwar awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni, nomini ta’ mħallfin tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tal‑Unjoni Ewropea, ir-rapport annwali tal‑Qorti tal‑Awdituri, ir-rapporti tal‑Qorti tal‑Awdituri, ir-rati ta’ mgħax iffissati mill-Bank Ċentrali Ewropew, deċiżjonijiet tal‑Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, atti minn uffiċċji u aġenziji, regoli ta’ proċedura minn uffiċċji u aġenziji),
- informazzjoni minn Stati Membri (eż. informazzjoni mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat awtorizzat, obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku, estratti ta’ deċiżjonijiet tal‑qrati tal‑ġustizzja nazzjonali, valutazzjonijiet tal‑istokkijiet ta’ prodotti tal‑UE, diversi proċeduri nazzjonali, listi ta’ prodotti),
- informazzjoni rigward iż-Żona Ekonomika Ewropea (l‑ewwel, informazzjoni mill-istituzzjonijiet (il‑Kumitat Konġunt taż-ŻEE, l‑Awtorità ta’ Sorveljanza tal‑EFTA, il‑Kumitat Permanenti tal‑Istati tal‑EFTA), segwita b’informazzjoni minn pajjiżi membri taż-ŻEE jew tal‑EFTA),
- informazzjoni minn pajjiżi terzi.
C V — Avviżi
F’din l‑intestatura nsibu:
- proċeduri amministrattivi (eż. avviżi ta’ kompetizzjonijiet, reklutaġġ, pożizzjonijiet vakanti, sejħiet għal proposti, sejħiet għat-turija ta’ interess, avviżi ta’ stediniet għal offerti, gwidi għal kompetizzjonijiet ġenerali, listi ta’ riżerva),
- proċedimenti ġudizzarji (eż. avviżi tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tal‑Unjoni Ewropea, avviżi tal‑Qorti tal‑EFTA),
- proċeduri relatati mal‑implimentazzjoni tal‑politika kummerċjali komuni (eż. opinjonijiet rigward proċeduri ta’ antidumping, proposti ta’ għeluq tal‑ilment, notifiki ta’ inizjazzjoni ta’ proċediment kontra l‑għoti ta’ sussidji, avviżi dwar il‑miżuri ta’ kumpens diġà fis-seħħ),
- proċeduri relatati mal‑implimentazzjoni tal‑politika dwar il‑kompetizzjoni (eż. għajnuna mill-Istat, notifiki minn qabel ta’ konċentrazzjoni, l‑opinjonijiet tal‑gvernijiet tal‑Istati Membri, avviż ta’ wasla ta’ lment),
- atti oħrajn (eż. avviżi għall-attenzjoni ta’ persuni, gruppi u entitajiet inklużi f’listi, talbiet għall-pubblikazzjoni, pubblikazzjonijiet ta’ sommarju ta’ speċifikazzjonijiet, komunikazzjonijiet dwar konsultazzjoni pubblika, avviż ta’ stedina għal offerti, avviż rigward talba ta’ Stat Membru).
Rettifiki
Ir-rettifiki jistgħu jidhru biss f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi u jistgħu jvarjaw fit-tul u l‑kontenut minn verżjoni lingwistika għal oħra.
Ir-rettifiki ma jingħatawx numru tal‑avviż. Madankollu, huma jirċievu n‑numru tal‑Ġurnal Uffiċjali C/SSSS/9NNNN fejn in‑numru sekwenzjali b’ħames ċifri dejjem jibda b’9.
It-Trattati mhux ratifikati u t‑Trattati konsolidati, kif ukoll ir-rettifiki għat-Trattati, jiġu ppubblikati fis-serje C mingħajr intestatura.