10.1. Il-punteġġatura
Il-punteġġatura fil-Malti ssegwi mill-qrib dik fl‑Ingliż, b’xi eċċezzjonijiet żgħar.
Pupazz imsejken qalb l‑elementi ortografiċi, il‑punteġġatura ħafna drabi tintuża b’mod fantasjuż: virgoli bejn is‑suġġett u l‑verb jew il‑verb u l‑oġġett dirett, virgola qabel konjugazzjoni, nuqqas ta’ virgoletti tal-ftuħ jew l‑għeluq, punti ta’ sospensjoni wara argument twil minflok l‑eċċ., inċiżi la Ingliża (b’virgoletta waħda), u oħrajn.
Daqqa t’għajn estensiva fl‑istadju tal-qari preliminari tal-manuskritt, tista’ tevita biċċa kbira minn dawn l‑inkonvenjenzi.
Il-punteġġatura fil-Malti tintuża l‑istess bħal fl‑Ingliż b’differenza waħda — il‑virgoletti. Fejn fil-Malti nużaw il‑virgoletti doppji meta qed nikkwotaw diskors dirett, fl‑Ingliż jużaw virgoletti singli.