10.1.10.Il-puntini ([…])

Il-puntini ([…]) huma sinjal ta’ interruzzjoni biex jindikaw espressjoni mhux kompluta li t‑tifsira tagħha tista’ tinftiehem, biex jindikaw pawsa jew biex jippreparaw lill-qarrej li ġejja metafora.

Sabiex tiġi evitata l‑konfużjoni jkun aħjar jekk il‑puntini ma jintużawx qrib l‑abbrevjazzjoni, eċċ.

Il-puntini qatt ma jkunu itwal minn tliet punti […] u jekk jinzertaw fit-tarf ta’ sentenza, il‑punt ma nżiduhx.