10.1.11.L-iżbarra (solidus) (/)
L-iżbarra (/) fit-test isservi biex turi alternattivi għas-sentenza, tfisser ukoll għal kull, kif ukoll tintuża fi frazzjonijiet.
L-iżbarra (/) fit-test isservi biex turi alternattivi għas-sentenza (u/jew), tfisser ukoll għal kull (km/h) kif ukoll fi frazzjonijiet (3/4).
Is-snin finanzjarji, skolastiċi, sportivi u snin oħrajn li ma jaħbtux mas-sena kalendarja jużaw l-iżbarra bħal pereżempju 2002/2003 tfisser sena ta’ 12-il xahar, iżda 2002–2003 tfisser perjodu ta’ ammont ta’ snin (f’dan il-każ sentejn).