10.1.2. Il-virgola (,)
Niktbu virgola (,) biex nindikaw pawsa jew l‑iċken intervall fis-sentenza.
Niktbu virgola (,) biex nindikaw pawsa jew l‑iċken intervall fis-sentenza:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 tas-26 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l‑Annessi I, III, VII u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il‑kontroll u l‑eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli.
Il-Protokoll għall-ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni bejn il‑Komunitajiet Ewropej u l‑Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r‑Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l‑oħra, sabiex tiġi kkonsidrata l‑adeżjoni tar-Repubblika […]
[…] jadottaw u josservaw, kif jagħmlu l‑Istati Membri l‑oħra, it‑testi tal-Ftehim, kif ukoll id‑Dikjarazzjonijiet Konġunti, u d-Dikjarazzjonijiet Unilaterali […]
Eċċ. dejjem tieħu virgola qabilha:
L-Azzjoni Konġunta tad-9 ta’ Ġunju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il‑bażi tal-Artikolu K.3 tat‑Trattat dwar l‑Unjoni Ewropea, sabiex jiġu rfinati l‑kriterji għall-kontrolli mmirati, il‑metodi ta’ selezzjoni, eċċ.