10.1.5. Il-parentesi tondi ()
Il-parentesi tondi jilqgħu fihom kumment/frażi li jippreċiżaw fatt fid-diskors ewlieni
Il-parentesi tondi jilqgħu fihom kumment/frażi li jippreċiżaw fatt fid-diskors ewlieni:
Magħmul f’Maastricht fis-seba’ jum ta’ Frar tas-sena elf disa’ mija u tnejn u disgħin (lista ta’ plenipotenzjarji mhux riprodotta).
Il-parentesi normalment ma jkunux ippreċeduti b’xi punteġġatura, u jekk ikun hemm sentenza sħiħa bejn il-parentesi, il-punt jitqiegħed qabel tagħlaq it-tieni u l-aħħar parentesi.