10.1.6. Il-parentesi kwadri []
Jintużaw il‑parentesi kwadri jekk fi kwotazzjoni jkun hemm kelma jew parti mill-kwotazzjoni nieqsa, li tiġi indikata bi tliet puntini, kif ukoll biex jiżolaw preċiżazzjoni fid-diskors prinċipali.
Jekk fi kwotazzjoni jkun hemm kelma jew parti mill-kwotazzjoni nieqsa, din għandha tiġi indikata bi tliet puntini bejn parentesi kwadri.
Il-parentesi kwadri jintużaw ukoll biex jiżolaw preċiżazzjoni fid-diskors prinċipali:
F’kull wieħed mill-Istati Membri, il‑Bank għandu […] minn proprjetà mobbli jew immobbli u jista’ jkun parti minn proċeduri legali [Ara wkoll l‑Artikolu 9(4) tat‑Trattat ta’ Amsterdam, li jaqra hekk: Il-Komunitajiet Ewropej għandhom igawdu, fit-territorji tal-Istati Membri, dawk il‑privileġġi u […] jirrigwarda l‑Bank Ċentrali Ewropew, l‑Istitut Monetarju Ewropew, u l‑Bank Ewropew tal-Investiment]. Il-proprjetà tal-Bank […]