10.1.7. Il-virgoletti doppji jew singli (“ ” jew ‘ ’)
Il-virgoletti ġeneralment jintużaw biex jinkwadraw kwotazzjoni jew terminu jew frażi.
Il-virgoletti ġeneralment jintużaw biex jinkwadraw kwotazzjoni jew terminu jew frażi:
Għall-finijiet ta’ din id‑Direttiva, għandhom japplikaw id‑definizzjonijiet li ġejjin:
- “Ilma tal-wiċċ”, “ilma ta’ taħt l‑art”, “ilma intern”, “ilmijiet temporanji”, “ilma tal-kosta” u “baċir ta’ xmara” għandhom l‑istess tifsira bħal fid-Direttiva 2000/60/KE;
- “Awtorità kompetenti” tfisser l‑awtorità jew awtoritajiet ta’ Stat Membru […];
- “L-istaġun tal-għawm” tfisser il‑perjodu li matulu numru kbir ta’ għawwiema […];
- “Miżuri ta’ mmaniġġjar” tfisser il‑miżuri li ttieħdu fir-rigward tal-ilma għall-għawm […];
Meta nużaw il‑virgoletti ma nagħmlux spazju la fil-bidu u lanqas fl‑aħħar. Kwotazzjoni nagħmluha bejn virgoletti doppji (“ ”) iżda nużaw virgoletti singli (‘ ’) meta nkunu qed nikkwotaw kwotazzjoni ġo kwotazzjoni:
Rapport maħruġ mill-UE saħaq li “it-triq għall-progress hija t‑teknoloġija u l‑iżvilupp sostenibbli u mhux kif qal l‑ambaxxatur Iraqi ‘l-investiment fl‑armi tal-qerda tal-massa’”.
Il-punteġġatura fil-kwotazzjonijiet għandha titqiegħed skont is‑sens tal-istess kwotazzjoni; jekk il‑punteġġatura hija parti mill-kwotazzjoni tintuża, jekk le ma nikkwotawhiex (jiġifieri ma tidħolx bejn il‑virgoletti). Ara wkoll it‑Taqsimiet 4.2.3 (il‑virgoletti) u 5.10 (il‑punteġġatura fil-kwotazzjonijiet).
Ismijiet ta’ kotba, espressjonijiet jew kliem mhux bil-Malti ma jitqegħdux bejn il‑virgoletti għax dawn ġeneralment ikunu diġà miktubin korsiv. Mhux meħtieġ li tpoġġihom f’virgoletti u korsiv jew b’tipa skura fl‑istess ħin.