10.2.2. Singular jew plural?

L-użu partikolari tas-singular u l‑plural speċifikament għall-Malti.

Il-korpi u l‑istituzzjonijiet (u l‑maġġoranza tal-pajjiżi) ġeneralment jieħdu verb singular:

L-Unjoni Ewropea hija […]

Il-Kunsill huwa […]

Madankollu, hemm eċċezzjoni meta l‑membri individwali ta’ korp (pajjiż, istituzzjoni, eċċ.) qed jiġu enfasizzati:

Il-membri tal-Kunsill kienu […]

Tliet pajjiżi mill-EU-27 ma ffirmawx […]

Fil-Malti, in‑nomi li jiġu wara n‑numri li jispiċċaw minn tnejn sa għaxra (eż. 2, 4, 6, 102, 104, 106, 806, 808, eċċ.) biss jieħdu l‑plural, il‑bqija dejjem jieħdu s‑singular:

Pajjiż minnhom ivvota favur. Tliet pajjiżi vvutaw kontra u disa’ pajjiżi oħra astjenew. Għoxrin pajjiż ma attendewx għal‑laqgħa u erbgħin pajjiż ieħor irrifjutaw il‑ftehim.

L-aġġettivi jibqgħu fis-singular u l‑verbi fil-plural:

Ħmistax-il pajjiż kbir attendew […]

In-numri minn tnejn sa għaxra jistgħu jieħdu t‑t marbuta:

Tlett ifliexken tkissru […]

Ħamest itfal instabu […]

Sebat ibnadar twaħħlu […]

Tmint iqtates mietu […]

Disat ifrieħ twieldu […]