2.2.1. Konsiderazzjonijiet

Il-konsiderazzjonijiet jindikaw il‑bażi legali għall-att u, fejn applikabbli, għall-atti preparatorji, it‑trażmissjoni tal‑abbozz tal‑att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali u l‑proċedura segwita.

Il-konsiderazzjonijiet jindikaw, fl‑ordni li ġej:

  1. il-bażi ġuridika għall-att:
    1. atti ta’ leġiżlazzjoni primarja (it-trattati, l‑atti ta’ adeżjoni, protokolli annessi għat-Trattati) u ftehimiet internazzjonali (ftehimiet, protokolli, konvenzjonijiet) li jikkostitwixxu l‑bażi ġenerali għat-test inkwistjoni.

      Wara li kkonsidrat it‑Trattat dwar l‑Unjoni Ewropea [u b’mod partikolari l‑Artikolu/Artikoli … tiegħu],

      Wara li kkonsidrat it‑Trattat dwar il‑Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea [u b’mod partikolari l‑Artikolu/Artikoli … tiegħu],

      Wara li kkonsidrat it‑Trattat li jistabbilixxi l‑Komunità Ewropea tal‑Enerġija Atomika [u b’mod partikolari l‑Artikolu/Artikoli … tiegħu],

      Wara li kkonsidrat it‑Trattat tal‑Adeżjoni tal‑Awstrija, il‑Finlandja u l‑Isvezja,

      L-abbrevjazzjoni tat‑Trattat/i ma tissemmiex.

      Jekk tkun qed issir referenza għal iktar minn trattat wieħed, dawn għandhom jiġu ċċitati f’linji separati, b’dan l‑ordni: it‑Trattat dwar l‑Unjoni Ewropea, it‑Trattat dwar il‑Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea u t‑Trattat li jistabbilixxi l‑Komunità Ewropea tal‑Enerġija Atomika.

      L-atti primarji jiġu ċċitati mingħajr referenza f’nota ta’ qiegħ il‑paġna. Ftehimiet internazzjonali u protokolli għal ftehimiet internazzjonali jistgħu jiġu ċċitati fil‑forma qasira tagħhom b’referenza f’nota ta’ qiegħ il‑paġna.

    2. fejn ikun il‑każ, il‑leġiżlazzjoni sekondarja li tikkostitwixxi l‑bażi speċifika tat‑test. It-titolu sħiħ ta’ dan it‑tip ta’ leġiżlazzjoni jiġi segwit b’referenza għall-Ġurnal Uffiċjali fejn l‑att ikun ġie ppubblikat:

      Wara li kkunsidrat id‑Direttiva 2010/30/UE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l‑indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l‑informazzjoni standard tal‑prodott dwar il‑konsum tal‑enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbuta mal‑enerġija(1), u b’mod partikolari l‑Artikolu 10 tiegħu,

      […]

      (1)
      ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1,ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/30/oj.
  2. l-atti preparatorji (eż. proposti, inizjattivi, talbiet, rakkomandazzjonijiet, approvazzjonijiet jew opinjonijiet previsti fit-Trattati) possibbilment segwiti b’referenza għal nota ta’ qiegħ il‑paġna:

    Wara li kkonsidrat il‑proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkonsidrat l‑opinjoni tal‑Parlament Ewropew(1),

    Wara li kkonsidrat l‑opinjoni tal‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

    […]

    (1)
    L-opinjoni tal‑5 ta’ Mejju 2010 (għadha mhix ippubblikata fil‑Ġurnal Uffiċjali).
    (2)
    L-opinjoni tas-17 ta’ Frar 2010 (għadha mhix ippubblikata fil‑Ġurnal Uffiċjali).

    F’dawk il‑każijiet fejn it‑Trattat ikun jeħtieġ li istituzzjoni jew korp jiġi kkonsultat, u l‑konsultazzjoni tirriżulta f’opinjoni, il‑konsiderazzjoni korrispondenti jkollha l‑kliem “Wara li kkonsidrat l‑opinjoni ta’…”, segwita b’nota ta’ qiegħ il‑paġna li jkun fiha r‑referenza għall-Ġurnal Uffiċjali, jew, jekk dan ma jseħħx, il‑kliem “Opinjoni ta’ [data] (għadha mhix ippubblikata fil‑Ġurnal Uffiċjali).”.

    F’dawk il‑każijiet fejn it‑Trattat ikun jeħtieġ li istituzzjoni jew korp jiġi kkonsultat, imma fejn il‑konsultazzjoni ma tirriżultax f’opinjoni, il‑konsiderazzjoni korrispondenti jkollha l‑kliem “Wara li kkonsidrat …” (mingħajr ma tkun segwita b’referenza għal nota ta’ qiegħ il‑paġna u mingħajr l‑ebda preċiżazzjoni oħra).

  3. fl-atti leġiżlattivi:
    1. it-trażmissjoni tal‑abbozz tal‑att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali:

      Wara t‑trażmissjoni tal‑abbozz tal‑att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

    2. il-proċedura segwita:
      1. il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

        Filwaqt li jaġixxu skont il‑proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

        […]

        (3)
        Il-pożizzjoni tal‑Parlament Ewropew tal‑10 ta’ Marzu 2009 (ĠU C 87 E,1.4.2010, p. 191) u l‑pożizzjoni tal‑Kunsill fl‑ewwel qari tal‑15 ta’ Frar 2010 (ĠU C 107 E, 27.4.2010, p. 1). Il-pożizzjoni tal‑Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil‑Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal‑Kunsill tat‑8 ta’ Novembru 2010.
      2. il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, mal‑Kumitat ta’ Konċiljazzjoni:

        Filwaqt li jaġixxu skont il‑proċedura leġiżlattiva ordinarja, fid-dawl tat‑test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fl‑24 ta’ Jannar 2011(2),

        […]

        (2)
        Il-pożizzjoni tal‑Parlament Ewropew tat‑23 ta’ April 2009 (ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 312), il‑pożizzjoni tal‑Kunsill fl‑ewwel qari tal‑11 ta’ Marzu 2010 (ĠU C 122 E, 11.5.2010, p. 1), il‑pożizzjoni tal‑Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 (għadha mhix ippubblikata fil‑Ġurnal Uffiċjali), id‑deċiżjoni tal‑Kunsill tal‑31 ta’ Jannar 2011 u r‑riżoluzzjoni leġiżlattiva tal‑Parlament Ewropew tal‑15 ta’ Frar 2011 (għadha mhix ippubblikata fil‑Ġurnal Uffiċjali).
      3. proċedura leġiżlattiva speċjali:

        Filwaqt li jaġixxu skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Il-konsiderazzjonijiet jibdew b’ittra kapitali u jispiċċaw b’virgola.