2.2.2. Premessi

Il-premessi jagħtu r‑raġunijiet għall-kontenut tat‑termini ta’ promulgazzjoni (ngħidu aħna, l‑artikoli) ta’ att.

Il-premessi jagħtu r‑raġunijiet għall-kontenut tat‑termini ta’ promulgazzjoni (ngħidu aħna, l‑artikoli) ta’ att.

Il-premessi jibdew bil-kelma “Billi:”. Huma numerati u kull sentenza f’kull premessa tibda b’ittra kapitali u tispiċċa b’punt, ħlief l‑aħħar sentenza tal-aħħar premessa, li tispiċċa b’virgola.

(a) Il-Premessi huma ppreżentati kif ġej:

Billi:

  1. Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista, kull għaxar snin, ta’ dejta komprensiva dwar il‑popolazzjoni u d-djar.
  2. Sabiex tkun tista’ tiġi vvalutata l‑kwalità tad-dejta trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-Istati Membri, hemm bżonn li jiġu definiti l‑modalitajiet u l‑istruttura tal-kwalità ta’ implimentazzjoni.
  3. Il-miżuri stipulati f’dan ir‑Regolament huma skont l‑opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

Fit-test, il‑premessi jiġu ċċitati kif ġej (ċifri mingħajr parentesijiet):

premessa 1, premessa 2, eċċ.

(b) Fil-każijiet fejn ikun hemm biss premessa waħda, ma jsirx inċiż jew numerazzjoni. “Billi:” tkun f’linja għaliha. Il-premessa tagħlaq b’virgola:

Billi:

Sabiex ikunu koperti l‑ħtiġijiet fl‑istatistika għas-suġġetti dettaljati rilevanti stipulati fl‑Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1700, il‑Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika l‑għadd u t‑titoli tal-varjabbli għas-sett tad-data fl‑użu tad-dominju tat‑teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2023,

NB:
  • Sas-6 ta’ Frar 2000, il‑premessi kienu jibdew b’ittra kapitali u jispiċċaw b’punt u virgola (dan il‑metodu ta’ kif jintwerew il‑premessi għadu jintuża f’ċerti atti tal-Kunsill):

    Billi l‑Kummissjoni …; (għall-ewwel premessa u dawk li jiġu warajha)

    Billi l‑opinjoni …, (għall-aħħar premessa)

    Peress li dawn il‑premessi ma kinux numerati, kienet issir referenza għalihom bħala l‑ewwel, it‑tieni u t‑tielet premessa, eċċ. F’xi testi (b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal‑anti-dumping), il‑premessi kienu jibdew bil-kelma “Billi:”, il‑premessi kienu jkunu numerati u kull premessa kellha ittra kapitali fil-bidu u punt fl‑aħħar (li saret il‑prattika ġenerali).

    Kien hemm perjodu ta’ tranżizzjoni bejn Diċembru 1998 u s-6 ta’ Frar 2000 fejn iż-żewġ tipi ta’ strutturi tal-premessi kienu aċċettati.

  • Fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il‑kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit, ippubblikati fis-serje L, il‑premessi jiġu preċeduti b’sing u, minflok numru, il‑premessi jingħataw ittra:

    wara li kkunsidra l‑kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008,
    wara li kkunsidra r‑rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il‑kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1),
    wara li kkunsidra r‑rakkomandazzjoni tal-Kunsill […],

    […]

    A.
    billi l‑Kulleġġ […],
    B.
    billi fir-rapport tagħha dwar il‑kontijiet annwali tal-Kulleġġ […], il‑Qorti tal- Awdituri […],