2.5. Il-formuli tal-għeluq (il-post, id-data u l-firma)

L-att jispiċċa bil-kliem “Magħmul fi…, …” li jindika l-post u d-data tal-firma, segwit mill-firma jew firem.

L-att jispiċċa b’li ġej:

  • l-ewwel il-kliem “Magħmul fi …, …” bil-post u d-data fejn saret il-firma,
  • segwiti bil-firma/firem.
NB:

Il-kelma “Magħmul” tirreferi għall-att u mhux għad-diversi forom li jista’ jkollu.

Post u data

Fil-leġiżlazzjoni sekondarja, il-post u d-data jidhru hekk:

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2010.

fejn id-data hija d-data meta l-att ġie ffirmat (atti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien) jew adottati (f’każijiet oħra).

Fi trattati, ftehimiet internazzjonali, eċċ. id-data sħiħa tinkiteb fi kliem:

Magħmul fi Brussell fl-erbgħa u għoxrin jum ta’ Marzu fis-sena elfejn u għaxra, f’żewġ oriġinali, bl-ilsien Ingliż

Il-post tal-firma tal-atti tal-istituzzjonijiet jista’ jkun Brussell (inġenerali), il-Lussemburgu (matul is-sessjonijiet tal-Kunsill f’April, Ġunju u Ottubru), Strasburgu (partikolarment għall-Parlament Ewropew, inkluż meta dan jiffirma mal-Kunsill) jew Frankfurt am Main (għall-biċċa l-kbira tal-atti tal-Bank Ċentrali Ewropew).

Firem (lista mhux sħiħa)

Fil-leġiżlazzjoni sekondarja:

Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill Ewropew Il-Kunsill

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

(inizjali u kunjom sħiħ)

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

(inizjali u kunjom sħiħ)

Għall-Kunsill

Il-President

(inizjali u kunjom sħiħ)

Il-Kummissjoni
Regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet mingħajr destinatarju Deċiżjonijiet b’destinatarju

Għall-Kummissjoni

Il-President

(isem sħiħ)

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

(isem sħiħ)

Membru tal-Kummissjoni

Għall-Kummissjoni

(isem sħiħ)

Viċi President

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

(isem sħiħ)

Viċi President

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

(isem sħiħ)

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali …

Għall-Kummissjoni

(isem sħiħ)

Membru tal-Kummissjoni

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Bank Ċentrali Ewropew
Regolamenti, linji gwida Deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

(isem sħiħ)

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

(isem sħiħ)

Il-President tal-BĊE

(isem sħiħ)

Għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

(isem sħiħ)

Fi ftehimiet internazzjonali:

Ftehimiet, protokolli, konvenzjonijiet

Għall-Unjoni Ewropea

(firma)

Għall-Istati Membri

(firma)

Ftehimiet f’forma ta’ skambju ta’ ittri
F’isem il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Għall-Unjoni Ewropea