2.6. L-annessi
L-anness ta’ att ġeneralment ikun fih regoli jew data teknika li, għal raġunijiet prattiċi, ma jidhrux fit-termini ta’ promulgazzjoni.
L-anness ta’ att ġeneralment ikun fih regoli jew data teknika li, għal raġunijiet prattiċi, ma jidhrux fit-termini ta’ promulgazzjoni, u li spiss jieħdu l-forma ta’ lista jew tabella.
It-termini ta’ promulgazzjoni għandhom dejjem jindikaw ċar, permezz ta’ referenza (pereżempju, “elenkati fl-Anness”, “fl-Anness I”, “li jinsab fl-Anness”), ir-rabta bejn id-dispożizzjonijiet ta’ att u l-anness tiegħu.
Għalkemm m’hemm l-ebda regola stretta li tirregola l-preżentazzjoni tal-annessi, dawn normalment huma suddiviżi f’punti identifikati permezz ta’ numri Għarab segwiti minn punt f’kull livell (eż. “10.2.3.”).