3. Ir-regoli tal-abbozzar tad-dokumenti

Testi għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali għandhom ikunu jeżistu f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u jsegwu regoli stretti ta’ abbozzar.

Testi għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali għandhom ikunu jeżistu f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u jsegwu regoli stretti ta’ abbozzar.

It-testi tal-pubblikazzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi kollha fil-Ġurnal Uffiċjali huma sinottiċi, jiġifieri l‑istess test f’paġna partikolari jista’ jinstab fuq l‑istess paġna tal-istess ĠU fi kwalunkwe verżjoni lingwistika oħra.

Flimkien mar-regoli msemmija hawn taħt, l‑atti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali jsegwu r‑regoli msemmija fit-Tielet u r‑Raba’ Parti ta’ din il‑Gwida, inklużi l‑annessi, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal‑użu ta’ ittri kbar jew żgħar (inklużi dawk tal-kumitati jew kummissjonijiet), it‑taqsiriet, l‑indirizzi, eċċ.