3.1. Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali

Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jsiru bi tliet modi differenti: forma twila, forma qasira jew forma mqassra. Bl-introduzzjoni tal-pubblikazzjoni att b’att, referenzi għal dokumenti fis-serje L u C jinkludu l‑Identifikatur Ewropew tal-Leġiżlazzjoni (ELI).

Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jsiru bi tliet modi differenti:

Il-forma t‑twila

Il-forma t‑twila hija: Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (korsiv)

Tintuża:

  1. fit-test, pereżempju:

    Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

  2. fil-formulazzjoni tad-dħul fis-seħħ ta’ att:

    Dan ir‑Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl‑għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il‑Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

  3. fir-rettifiki, taħt it‑titolu, bħala referenza għall-Ġurnal Uffiċjali oriġinali kkonċernat:

    • għal-dokumenti ppubblikati bejn l‑1 ta' Frar 2003 u it‑30 ta’ Settembru 2023:

      (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tal-25 ta’ April 2015)

      (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 275 tal-4 ta' Awwissu 2023)

    • għal dokumenti ppubblikati wara l‑1 ta’ Ottubru 2023:

      (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2023/2433, is‑27 ta’ Ottubru 2023 )

      (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C, C/2023/100, is‑6 ta' Ottubru 2023 )

NB:

Jekk issir referenza għal pubblikazzjonijiet maħruġa qabel jew fil-31 ta’ Jannar 2003, ir‑referenza għandha ssir għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

F'rettifika għal att ippubblikat fl‑Edizzjoni Speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali, ir‑referenza għall-edizzjoni speċjali tiżdied taħt ir‑referenza għall-pubblikazzjoni inizjali:

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 183 tad-29 ta’ Ġunju 1989)

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 05, Volum 001, p. 349)

Il-forma l‑qasira

Il-forma l‑qasira hija: Il-Ġurnal Uffiċjali (mhux korsiv)

Tintuża:

  1. fin-noti ta’ qiegħ il‑paġna kif ġej:
    (2)
    Għadu/għadha mhux/mhix ippubblikat/a fil-Ġurnal Uffiċjali.
  2. f’testi inqas formali.

Il-forma mqassra

Il-forma mqassra hija: ĠU L, ĠU C, ĠU S.

Is-serjejiet L … I, C … A, C … I twaqqfu mill-1 ta’ Ottubru 2023 u s-serje C … E twaqqfet mill-1 ta' April 2014.

Tintuża:

  1. fin-noti ta’ qiegħ il‑paġna magħmula mir-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali:

    (1)
    ĠU L, 2023/2387, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2387/oj.
    (2)
    ĠU C, C/2023/90, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/90/oj.
  2. fit-tabelli:

    ĠU L, 2023/2387, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2387/oj

NB:

Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali nbidlu matul iż-żminijiet, hekk kif bdew jiġu ppubblikati serjejiet ġodda:

  • qabel l‑1 ta’ Lulju 1967, il‑paġinazzjoni kienet kontinwa u warajha kien ikun hemm l‑aħħar żewġ ċifri tas-sena kalendarja li fih ġie stampat il‑ġurnal:

    ĠU 106, 30.10.1962, p. 2553/62

  • mill-1 ta’ Lulju 1967, kull Ġurnal Uffiċjali kien jibda minn paġna 1:

    ĠU 174, 31.7.1967, p. 1

  • mill-1 ta’ Jannar 1968, inħolqu s‑serjejiet L u C:

    ĠU L 32, 6.2.1968, p. 6

    ĠU C 1, 12.1.1968, p. 1

  • fl-1 ta’ Jannar 1978, inħolqot is‑serje S:

    ĠU S 1, 7.1.1978, p. 1

  • fl-1 ta’ Jannar 1991, inħolqot is‑serje C … A (twaqqfet mill-1 ta’ Ottubru 2023):

    ĠU C 291 A, 8.11.1991, p. 1

  • fil-31 ta’ Awwissu 1999, inħolqot is‑serje C … E (twaqqfet mill-1 ta’ April 2014):

    ĠU C 247 E, 31.8.1999, p. 28

  • mill-1 ta’ Jannar 2016, inħolqu s‑serjejiet L … IC … I (twaqqfu mill-1 ta’ Ottubru 2023):

    ĠU L 11 I, 16.1.2016, p. 1

    ĠU C 15 I, 16.1.2016, p. 1

  • Fl-1 ta ’Ottubru 2023, ġiet introdotta l‑pubblikazzjoni att b’att tal-Ġurnal Uffiċjali:

    ĠU L, 2023/2387, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2387/oj

    ĠU C, C/2023/90, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/90/oj

    Għad-dokumenti ppubblikati fis-serje L qabel l‑introduzzjoni tal-pubblikazzjoni att b’att, huwa rrakkomandat li l‑ELI jiżdied mar-referenza eżistenti tal-ĠU, sakemm l‑ELI jkun disponibbli:

    ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2371/oj

    Qabel l‑1 ta' Ottubru 2023, l‑ELI ma kienx jingħata lil dokumenti fis-serje C.

L-Identifikatur Ewropew tal-Leġiżlazzjoni

Bl-introduzzjoni tal-pubblikazzjoni tal-att b’att tal-Ġurnal Uffiċjali fl‑1 ta' Ottubru 2023, l‑Identifikatur Ewropew tal-Leġiżlazzjoni (ELI) huwa assenjat għal kull dokument ippubblikat fis-serje L u fis-serje C.

L-ELI huwa sistema biex id‑dritt nazzjonali u tal-UE jsir disponibbli online f’format standardizzat, sabiex ikun jista’ jiġi aċċessat, skambjat u użat mill-ġdid bejn il‑fruntieri (għal informazzjoni dettaljata, ara EUR-Lex).

L-ELI, meta applikat għad-dokumenti tal-Ġurnal Uffiċjali, fih parti fissa (http://data.europa.eu/eli/), varjabbli skont is‑serje tal-ĠU, u l‑abbrevjazzjoni “oj”:

Għar-rettifiki, l‑ELI fih id-dettalji tal-pubblikazzjoni oriġinali, il‑kelma “rettifika” u d-data tal-pubblikazzjoni fil-format ssss-xx-jj, segwita bl‑abbrevjazzjoni “oj”:

Dan l‑identifikatur jikkostitwixxi element obbligatorju tar-referenzi għas-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali. Għar-referenzi għas-serje C, l‑użu tal-ELI huwa fakultattiv iżda rrakkomandat.

NB:

Ma għandux jiżdied kodiċi tal-lingwa fl‑aħħar tal-ELI għax mhuwiex parti mill-identifikatur. Il-format standardizzat tal-ELI għandu jiġi segwit biex tiġi żgurata l‑operabbiltà tas-sistema ELI: