3.2.3. Ir-referenzi għas-suddiviżjonijiet tal-atti
Id-diversi partijiet ta’ referenza għal suddiviżjonijiet ta’ att huma ċċitati f’ordni dixxendenti, minn ġenerali għal partikolari.
1. Id‑diversi partijiet ta’ referenza huma msemmija f’ordni dixxendenti, minn ġenerali għal dik speċifika:
l-Artikolu 1(2) il‑punt (a), tar-Regolament […]
l-Artikolu 2 u l‑Artikolu 3(2) jipprevedu li […]
l-Artikolu 1(1), it‑tieni sentenza
l-Artikolu 2(3) u l‑Artikolu 3 jipprevedu li […]
2. Meta jissemmew suddiviżjonijiet tal-istess tip, l‑isem ma jiġix ripetut:
il-Kapitoli I u II
l-Artikoli 1, 4 u 9
l-ewwel u t‑tielet inċiż
(jew: l‑ewwel u t‑tielet inċiż, b’“inċiż” fis-singular)
Meta jissemmew diversi artikoli, paragrafi jew suddiviżjonijiet oħra, li huma numerati wieħed wara l‑ieħor, trid issir distinzjoni bejn “l-Artikoli 2, 3 u 4” (li teskludi artikolu addizzjonali bħal “l-Artikolu 3a, 3b”, eċċ.) u “l-Artikoli 2 sa 4” (li tinkludi l‑artikoli kollha miżjuda wara).
3. Meta ssir referenza għal suddiviżjonijiet tal-istess tip fejn wieħed jew iktar minnhom huma akkumpanjati minn suddiviżjonijiet ta’ livell iktar baxx, is‑suddiviżjoni kkonċernata tissemma kull darba:
l-Artikolu 2 u l‑Artikolu 3(1) tar-Regolament […]
(u mhux “l-Artikoli 2 u 3(1) tar-Regolament […]”)
l-Artikolu 2, l‑Artikolu 5(2) u (3) u l‑Artikoli 6 sa 9 tar-Regolament […]
(u mhux “l-Artikoli 2, 5(2) u (3) u 6 sa 9”)
[…] u u b’mod partikolari, l‑Artikolu 1, il‑punti (1)(b) u (3)(c), […]
4. Ir-ripetizzjoni tal-kelma “punt” għandha tiġi evitata:
fil-punt (b)(ii)
fil-punt (b)(ii)(1)
(u mhux “fil-punt (b), punt (ii), punt (1)”)
5. Meta ssir referenza għal anness, jinkiteb:
[…] qabdiet tal-istokk imsemmija fl‑Anness ta’ dan ir‑Regolament […]
(u mhux “għal dan ir‑Regolament”)
L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl‑Anness I ta’ din id‑Deċiżjoni.
Id-dispożizzjonijiet tal-annessi ssir referenza għalihom kif ġej:
Ipunt 2.1.3.7. (a)(iii)(2), ir‑raba’ inċiż, tal-[Anness/l-Anness [I]]
Ftehimiet internazzjonali ma jissemmewx bħala annessi:
It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma’ din id‑Deċiżjoni (innota l‑kelma “mehmuż”, mhux “anness”).