3.2.4. Ir-referenzi għall-emendi ta' att

Huwa mifhum li l-atti msemmija fit-testi fil-Ġurnal Uffiċjali huma l-atti fil-verżjoni fis-seħħ tagħhom, għalhekk in-noti f’qiegħ il-paġna jinkludu biss ir-referenza tal-ĠU tal-verżjoni inizjali tagħhom u ma jsemmux modifiki li saru aktar tard.

Fil-Ġurnal Uffiċjali, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma għadhomx jinkludu l-aħħar modifiki ta’ att, imma huma limitati biss għar-referenza għall-ĠU tal-att fil-verżjoni inizjali tagħha. L-atti msemmija fit-testi ppubblikati fil-ĠU għandhom jinftiehmu bħala l-atti fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ. Il-frażijiet “kif emendat (l-aħħar) bi”, “ikkoreġut bi” u “imħassar bi” ma għadhomx jintużaw aktar.

Xi kultant, madankollu, l-awtur ikun irid jirreferi għal test speċifiku kif ikun jidher f’data speċifika jew ikun irid jagħmel enfasi fuq xi att emendatorju partikolari. F’dan il-każ, l-att emendatorju jiġi ċċitat bħala “referenza statika” fil-forma qasira tiegħu u b’referenza għal nota ta’ qiegħ il-paġna jekk ikun iċċitat għall-ewwel darba:

(6)

L-Anness III B tar-Regolament (KE) Nru 517/94 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2007(5) ġie żvujtat […]

[…]

(2)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Annessi II, III B u VI għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b’regoli speċifiċi Komunitarji oħra dwar l-importazzjoni (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 5,ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1398/oj).