3.3.2. Żidiet u numerazzjoni
Meta artikoli, paragrafi nnumerati jew suddiviżjonijiet oħra li huma identifikati minn numru jew ittra (suddiviżjonijiet immarkati) jiddaħħlu fit-termini ta’ promulgazzjoni ta’ att eżistenti, japplikaw regoli speċifiċi ta’ numerazzjoni.
Fejn fit-termini ta’ promulgazzjoni ta’ xi att eżistenti jiddaħħlu artikoli, paragrafi numerati jew suddiviżjonijiet oħrajn li jkunu identifikati b’numru jew ittra, dawn jingħataw in‑numru jew l‑ittra tas-suddiviżjoni preċedenti tal-istess livell b’żieda tal-ittra “a”, “b”, “c”, “d”, eċċ.: eż. l‑artikoli mdaħħla wara Artikolu 1 isiru “Artikolu 1a”, “Artikolu 1b”, eċċ. Bl-istess mod, artikolu li jiddaħħal bejn l‑Artikolu 1a u l‑Artikolu 1b isir “Artikolu 1aa”.
Regoli speċjali għandhom japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
- f’każijijet eċċezzjonali fejn artikoli, paragrafi numerati jew suddiviżjonijiet numerati oħrajn jiddaħħlu qabel suddiviżjoni tal-istess livell li tidher fl‑ewwel post, dawn jissejħu “Artikolu –1”, “Artikolu –1a”, “paragrafu –1”, “paragrafu –1a”, “punt –a”, “punt –aa”, eċċ.,
- inserimenti aktar kumplessi jistgħu jsiru wkoll bl‑użu tas-simbolu “–”. Pereżempju, l‑inseriment tal-Artikolu 1–a bejn l‑Artikolu 1 u l‑Artikolu 1a.
Fejn jiddaħħlu artikoli, paragrafi numerati jew suddiviżjonijiet oħrajn li jkunu identifikati b’numru jew ittra, l‑artikoli, il‑paragrafi jew is‑suddiviżjonijiet l‑oħrajn li jiġu wara m’għandhomx ikunu numerati mill-ġdid għaliex jista’ jkun li atti oħrajn diġà jirreferu għalihom. Numerazzjoni mill-ġdid għandha ssir biss f’każ ta’ kodifikazzjoni jew riformulazzjoni.
(Sors: Manwal Komuni, ara t‑Taqsima C.8.3.2.)