3.4.1. L-ordni tat-Trattati
L-ordni li fiha jiġu ċċitati t-Trattati (b’mod partikolari fil- konsiderazzjonijiet) tiddependi minn meta ġie ppubblikat it-test; f’xi każijiet, jistgħu jintużaw ċerti formoli mqassra.
Mill-1 ta’ Diċembru 2009 (id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona) l-ordni li fih jiġu ċċitati t-Trattati (b’mod partikolari l-konsiderazzjonijiet) huwa kif ġej:
- Wara li kkonsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
- Wara li kkonsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
- Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Sat-30 ta’ Novembru 2009, l-ordni li fih kienu jiġu ċċitati t-Trattati kien kif ġej:
- Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
- Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar,
(it-Trattat KEFA skada fl-23 ta’ Lulju 2002) - Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
- Wara li kkonsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
(dan it-Trattat spiss jiġi l-aħħar, iżda jista’ jiġi l-ewwel).
L-ordni li fih il-“Komunitajiet” kienu jiġu ċċitati nbidel matul iż-żminijiet:
Sal-aħħar tal-1997, l-ordni li fih kienu jiġu ċċitati l-Komunitajiet fit-titoli tal-atti kien jinbidel kull sena skont din l-iskema:
- K(E)E, Euratom, KEFA:
1968, 1971, 1974, 1977, 1980, 1983, 1986, 1989, 1992, 1995, - Euratom, KEFA, K(E)E:
1969, 1972, 1975, 1978, 1981, 1984, 1987, 1990, 1993, 1996, - KEFA, K(E)E, Euratom:
1970, 1973, 1976, 1979, 1982, 1985, 1988, 1991, 1994, 1997.
- K(E)E, Euratom, KEFA:
- Mill-1998 sat-23 ta’ Lulju 2002, l-ordni ma kienx jinbidel, kif ġej:
- KE, KEFA, Euratom
- Bejn l-24 ta’ Lulju 2002 (wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA) u t-30 ta’ Novembru 2009, l-ordni li fih kienu jiġu ċċitati l-Komunitajiet kien:
- KE, Euratom
- Wara l-1 ta’ Diċembru 2009:
- UE, Euratom
It-termini “Komunità Ekonomika Ewropea” u “Komunità Ewropea” kienu jintużaw kif ġej:
- Il-Komunità Ekonomika Ewropea jew KEE: għal atti adottati qabel l-1 ta’ Novembru 1993,
- Il-Komunità Ewropea jew KE: għal atti adottati mill-1 ta’ Novembru 1993.
Meta t-Trattati jissemmew għall-ewwel darba għandhom jintużaw it-titoli sħaħ.
Għaċ-ċitazzjonijiet li jiġu wara:
- meta jiġi ċċitat trattat wieħed biss fl-istess test, tintuża l-kelma “Trattat”,
- meta jiġu ċċitati diversi trattati fl-istess test, sakemm jista’ jkun tingħata d-denominazzjoni sħiħa. Inkella, it-titoli tat-trattati jistgħu jiġu ċċitati fil-forma mqassra:
- “Trattat UE” għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
- “TFUE” għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
- “Trattat KE” għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
- “Trattat Euratom” għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
- “Trattat KEFA” għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.
Fl-1999 (it-Trattat ta’ Amsterdam) u fl-2009 (it-Trattat ta’ Liżbona) seħħew rinumerazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jsegwu prattiki partikolari biex jiċċitaw artikoli, skont jekk ikunux jixtiequ jirreferu għall-verżjonijiet ta’ qabel jew ta’ wara ta’ dawn ir-rinumerazzjonijiet suċċessivi.