3.4.2. L-ordni skont l-awtur

Taħt l-intestaturi u s-subintestaturi differenti tal-Ġurnal Uffiċjali (serje L u C), l-awturi jidhru f’ordni definita.

L-ordni li fih l-awturi jidhru fl-intestaturi u s-subintestaturi differenti tal-Ġurnal Uffiċjali huwa kif ġej:

  • Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill jew le),
  • Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri,
  • Il-Parlament Ewropew,
  • Kunsill Ewropew,
  • Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill,
  • Kunsill,
  • Il-Kummissjoni Ewropea,
  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,
  • Il-Bank Ċentrali Ewropew,
  • Il-Qorti tal-Awdituri,
  • Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
  • Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
  • Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni,
  • Il-Bank Ewropew tal-Investiment,
  • L-Ombudsman Ewropew,
  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
  • L-uffiċċji u l-aġenziji,
  • Korpi stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali.

Għal atti u avviżi li jikkonċernaw iż-Żona Ekonomika Ewropea (l-intestaturi L III u C IV), l-ordni skont l-awtur huwa kif ġej:

  • Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,
  • L-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,
  • Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,
  • Il-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE,
  • Il-Qorti tal-EFTA.

Biex tara l-ordni tal-protokoll tal-ismijiet differenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, ara t-Taqsima 9.5.