3.4.3. L-ordni tal-pajjiżi
L-ismijiet u l‑abbrevjazzjonijiet tal-pajjiżi u l‑ordni li fih huma elenkati huma definiti biex jintużaw bl‑istess mod fit-testi kollha tal-UE.
Għall-ismijiet, l‑abbrevjazzjonijiet u l‑ordni li fih jitniżżlu l‑pajjiżi ara t‑Taqsima 7.1 u l‑Annessi A5 u A6.
NB:
Fir-referenzi għal ftehimiet internazzjonali, f’każ ta’ Stat li nbidillu ismu, jintuża l‑isem użat fiż-żmien meta ġew iffirmati l‑atti msemmija u ma jinbidilx bl‑isem il‑ġdid.