3.5.2. Elenkar ta’ atti

Meta jsiru listi ta’ atti tal-istess tip, la l-isem tal-awtur u lanqas it-tip ta’ att ma jerġa’ jiġi rripetut jekk ikun identiku:

Meta jsiru listi ta’ atti tal-istess tip, la l-isem tal-awtur u lanqas it-tip ta’ att ma jerġa’ jiġi rripetut jekk ikun identiku:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE(3) u 2003/91/KE(4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalogi nazzjonali tagħhom jikkonformaw […]

[…]

(3)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7,ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/90/oj).
(4)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11,ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/91/oj).

L-abbrevjazzjoni(jiet) tat-Trattat(i) huma parti integrali min-numru tal-att u għalhekk jiġu rrepetuti qabel kull numru:

[…] tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 […]

Id-Direttivi 94/35/KE u 94/36/KE […]

Preferibbilment l-atti jiġu ċċitati f’ordni kronoloġiku.