3.6. Definizzjoni ta’ espressjonijiet jew kliem

Id-definizzjoni ta’ espressjoni jew kelma dejjem tidher bejn virgoletti doppji.

Id-definizzjoni ta’ espressjoni jew kelma dejjem tidher bejn virgoletti doppji (jintużaw il‑virgoletti singoli meta tkun diġà ġewwa l‑virgoletti):

Il-Kummissjoni tinnota li skont ir‑Regolament dwar il‑Bini tal-Vapuri, “bini tal-vapuri” tfisser il‑bini ta’ qxur tal-baħar kummerċjali motorizzati.

F’lista, l‑espressjoni jew kelma titqiegħed bejn virgoletti doppji:

Għall-finijiet ta’ dan ir‑Regolament għandhom japplikaw id‑definizzjonijiet li ġejjin:

  1. “investiment ambjentalment sostenibbli” tfisser investiment f’attività ekonomika waħda jew aktar li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt dan ir‑Regolament;
  2. “parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser …

Il-punti jiġu nnumerati b’numri Għarab fil-parentesi. Fejn ikun meħtieġ li jkun hemm iktar suddiviżjonijiet, jintużaw ittri żgħar fil-parentesi għat-tieni livell u numri Rumani żgħar fil-parentesi għat-tielet livell.