3.7. Il-ftehimiet internazzjonali

Ftehimiet internazzjonali jistgħu jkunu kkollegati ma' att ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, li ġeneralment japprovahom.

Ftehimiet internazzjonali jistgħu jkunu kkollegati ma' att ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, li ġeneralment japprovahom. Dawn jiġu “mehmuża” (u mhux “annessi”) ma’ dan l-att (deċiżjoni jew regolament).

Peress li dawn l-atti jkunu ffirmati minn pajjiżi terzi, mhuwiex permess li jsiru bidliet fit-test ta’ dawn l-atti.

Fil-ftehimiet internazzjonali, eċċ. tinkiteb id-data sħiħa fi kliem (ara t-Taqsima 2.5).