4.2. Dokumenti oriġinali (manuskritti)
Il-preparazzjoni tat‑test manuskritt u l‑word processing huma marbuta ma’ diversi proċeduri tal-IT li huma rrakkomandati biex tiġi ottimizzata l‑preparazzjoni tat‑testi għall-pubblikazzjoni.
Mill-aħħar tas-snin 90, il‑manuskritti bdew jiġu prodotti f’forma elettronika (Word, PDF, HTML, eċċ.). It-tħejjija u l‑ipproċessar tat‑test huma marbutin mill-qrib mal‑użu ta’ proċeduri tal-informatika definiti sewwa (macros, programmi ta’ korrezzjoni, eċċ). Din it‑taqsima tiddeskrivi l‑proċeduri rrakkomandati għall-ipproċessar ottimizzat tat‑testi li għandhom jiġu ppubblikati, li sempliċement jiżdiedu max-xogħol tradizzjonali tat‑test (tħejjija lingwistika).
Dawn ir‑rakkomandazzjonijiet jikkonċentraw fuq l‑ipproċessar tal-fajls f’format Word, l‑għodda standard biex jiddaħħlu d‑dokumenti oriġinali fl‑istituzzjonijiet Ewropej. Il-prinċipji bażiċi deskritti aktar ’il quddiem jistgħu faċilment jiġu adattati għal kwalunkwe software ieħor tas-suq.