4.3. Tipi ta’ pubblikazzjonijiet
Fil-livell internazzjonali, l‑identifikazzjoni u l‑klassifikazzjoni tad-dokumenti huma regolati minn ftehimiet u standards differenti.
Fil-livell internazzjonali, l‑identifikazzjoni u l‑klassifikazzjoni tad-dokumenti huma regolati minn ftehimiet u standards differenti, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
- ISO 690:2021: referenzi bibljografiċi
https://www.iso.org/standard/72642.html - ISO 5127:2017: informazzjoni u dokumentazzjoni, glossarju
https://www.iso.org/standard/59743.html - ISO 2108:2017: numru internazzjonali standard tal-ktieb (ISBN)
https://www.iso.org/standard/65483.htmlhttps://www.isbn-international.org - ISO 3297:2022 numru internazzjonali standard tal-pubblikazzjonijiet fis-serje (ISSN)
https://www.iso.org/standard/84536.html - deskrizzjoni bibljografika standard internazzjonali (International Standard Bibliographic Description (ISBD)), Federazzjoni internazzjonali tal-għaqdiet tal-bibljotekarji u tal-bibljoteki (International Federation of Library Associations and Institutions (IFLA))
https://www.ifla.org/files/assets/cataloguing/isbd/isbd-cons_2007-en.pdf
tip:
L-istandards ISO jistgħu jinkisbu mingħand il‑membri tal-ISO, li l‑lista tagħhom tinsab fuq is‑sit
(https://www.iso.org/members.html).
Skont it‑tifsira ta’ dawn l‑istandards u l‑ftehimiet, il‑pubblikazzjonijiet jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji ewlenin: il‑monografiji u r‑riżorsi kontinwi.