4.3.1. Monografiji
Skont l-istandard ISO 2108:2020 (ISBN), il-monografiji huma pubblikazzjonijiet mhux perjodiċi, kompluti f’volum wieħed jew maħsuba li jkunu kompluti f’numru limitat ta’ volumi separati, li jistgħu jiġu ppubblikati simultanjament jew le, u jkunu disponibbli għall-pubbliku f’kull forma ta’ prodott.
Skont l-istandard ISO 2108:2020 (ISBN), il-monografiji huma pubblikazzjonijiet mhux perjodiċi, kompluti f’volum wieħed jew maħsuba li jkunu kompluti f’numru limitat ta’ volumi separati, li jistgħu jiġu ppubblikati simultanjament jew le, u jkunu disponibbli għall-pubbliku f’kull forma ta’ prodott (ktieb bil-qoxra iebsa, ktieb bil-qoxra ratba, ktieb awdjo fuq kasett, CD, DVD, ktieb bil-braille, sit web, ktieb elettroniku, eċċ.).
Il-monografiji f’diversi volumi jikkonsistu f’numru speċifikat ta’ partijiet fiżikament separati (volumi distinti), għajr għall-pubblikazzjonijiet f’faxxikli. Dawn maħsuba li jiġu ppubblikati bħala ħaġa waħda. Il-partijiet separati jista’ jkollhom it-titolu tagħhom stess kif ukoll indikazzjoni tar-responsabbiltà.
Kull monografija hi identifikata permezz ta’ numru internazzjonali standard tal-ktieb, jew ISBN (international standard book number (ara t-Taqsima 4.4.1)).