4.3.2. Riżorsi kontinwi

Skont l-istandard ISO 3297:2022 (ISSN), ir-riżorsi kontinwi huma xogħlijiet li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’kull format, f’edizzjonijiet suċċessivi jew integrati li ġeneralment ikollhom fuqhom in-numru tal-ordni jew l-indikazzjoni kronoloġika u li t-tul ta’ żmien tal-pubblikazzjoni tagħhom ma jkunx stabbilit minn qabel.

Skont l-istandard ISO 3297:2022 (ISSN), ir-riżorsi kontinwi huma xogħlijiet li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’kull format, f’edizzjonijiet suċċessivi jew integrati li ġeneralment ikollhom fuqhom in-numru tal-ordni jew l-indikazzjoni kronoloġika u li t-tul ta’ żmien tal-pubblikazzjoni tagħhom ma jkunx stabbilit minn qabel. Ir-riżorsi kontinwi jinkludu:

  • il-pubblikazzjonijiet f’serje, li huma definiti bħala riżorsi ppubblikati mingħajr limiti ta’ żmien f’edizzjonijiet suċċessivi jew f’partijiet separati, li huma ġeneralment innumerati (gazzetti, rivisti, perjodiċi, ġurnali stampati jew elettroniċi, pubblikazzjonijiet annwali (rapporti, kotba annwali, reġistri, eċċ.), memorji u ġabriet ta’ monografiji);
  • ir-riżorsi integrati permanenti, li huma definiti bħala riżorsi kontinwi kompluti permezz ta’ aġġornamenti integrati, mingħajr limiti ta’ żmien (databases, pubblikazzjonijiet ta’ folji separati aġġornati b’mod kontinwu jew siti web aġġornati kontinwament, bħall-Gwida tal-Istil attwali fil-verżjoni tagħha fuq l-Internet).
NB:

Ġabra tfisser għadd ta’ pubblikazzjonijiet separati, kull waħda b’titolu tagħha, marbuta flimkien permezz ta’ titolu kollettiv. Dan it-titolu kollettiv huwa t-titolu tal-kollezzjoni. Kull pubblikazzjoni separata tista’ tkun innumerata jew le. Il-pubblikazzjonijiet li jagħmlu parti minn ġabra jistgħu jkunu monografiji jew pubblikazzjonijiet f’serje.

Kull riżorsa kontinwa hi identifikata b’numru internazzjonali standard tal-pubblikazzjonijiet fis-serje, jew ISSN (international standard serial number (ara t-Taqsima 4.4.2)).