4.4.3. Identifikatur ta’ oġġett diġitali (DOI)

Id-DOI (digital object identifier) huwa sistema ta’ identifikazzjoni ta’ prodott f’ambjent diġitali maħsub biex jiżgura l‑kontinwità tal-hyperlinks.

Id-DOI (digital object identifier) huwa sistema ta’ identifikazzjoni ta’ prodott f’ambjent diġitali maħsub biex jiżgura l‑kontinwità tal-hyperlinks. Dan jista’ jkun applikat għal:

  • pubblikazzjoni fl‑intier tagħha,
  • ritratt,
  • tabella,
  • kapitolu, eċċ.

Kull DOI huwa uniku u permanenti. Dokument iżomm id‑DOI tiegħu matul l‑eżistenza kollha tiegħu jew f’każ li jiġi eliminat dan id‑dokument, id‑DOI ma jistax jerġa’ jiġi użat.

In-numru DOI jikkonsisti fi prefiss u f’suffiss separati bi żbarra. Dan għandu jkun ippreżentat kif ġej (ippreċedut mill-abbrevjazzjoni “doi” b’ittri żgħar segwita minn żewġ punti, mingħajr spazju):

doi:10.2788/14231

Bħala prinċipju, il‑pożizzjoni tiegħu ssegwi l‑istess prinċipji applikati għall-ISBN jew l‑ISSN.

tip:
Links utli għad-DOI

International DOI Foundation (IDF):
https://www.doi.org (EN)

The DOI® handbook:
https://www.doi.org/hb.html (EN)

Informazzjoni u linji gwida dwar id‑DOI:
https://www.crossref.org/education/metadata/persistent-identifiers/doi-display-guidelines (EN)