4.5. Identifikatur assenjat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

L-identifikatur Ewropew tal-ġurisprudenza (European case-law identifier — ECLI) ġie żviluppat biex jiffaċilita ċ-ċitazzjoni korretta u inekwivoka tad-deċiżjonijiet mill-Qrati Ewropej u nazzjonali.

Identifikatur Ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

L-identifikatur Ewropew tal-ġurisprudenza (European case-law identifier — ECLI) ġie żviluppat biex jiffaċilita ċ-ċitazzjoni korretta u inekwivoka tad-deċiżjonijiet mill-Qrati Ewropej u nazzjonali. Kien introdott progressivament mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-2014.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea assenjat ECLI għad-deċiżjonijiet kollha ppreżentati mill-Qrati tal-Unjoni Ewropea sa mill-1954 (sentenzi, ordnijiet, opinjoni tal-Qorti, deċiżjonijiet (proċedura ta’ eżami mill-ġdid)), għall-konklużjonijiet u l-opinjonijiet tal-Avukati Ġenerali u għall-informazzjoni dwar dawn id-deċiżjonijiet (sommarji u eżami mill-ġdid, informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati).

L-ECLI huwa kompost minn ħames elementi mandatorji, f’karattri alfanumeriċi Latini biss, separati biż-żewġ punti, kif muri hawn taħt:

  1. it-Taqsira ECLI, tindika identifikatur Ewropew tal-ġurisprudenza;
  2. il-kodiċi tal-pajjiż li jikkorrispondi mal-Istati Membri tal-qorti jew tat-tribunal ikkonċernat (ara t-tabella fit-taqsima 7.1.1), jew il-kodiċi “EU” fejn hi l-qorti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
  3. il-kodiċi tal-qorti li tkun tat id-deċiżjoni (għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, “C” tikkorrispondi għall-“Qorti tal-Ġustizzja”, “T” tikkorrispondi għall-“Qorti Ġenerali” u “F” tikkorrispondi għat-“Tribunal għas-Servizz Pubbliku”);
    NB:

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, maħluq fl-2004, temm l-attivitajiet tiegħu fl-1 ta’ Settembru 2016 wara li ttrasferixxa l-kompetenzi tiegħu lill-Qorti Ġenerali.

  4. is-sena li fiha ngħatat, id-deċiżjoni f’erba’ ċifri;
  5. numru tas-serje skont format li huwa deċiż minn kull Stat Membru jew mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan in-numru jikkonsisti f’25 karattru alfanumeriku. Mhi permessa l-ebda marka ta’ punteġġatura oħra ħlief il-punt.

ECLI:EU:C:2006:710

tip:

Bażi ġuridika

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill li jitolbu għall-introduzzjoni tal-identifikatur Ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI) u sett uniformi minimu ta’ metadata għall-ġurisprudenza (ĠU C 127, 29.4.2011, p. 1).

Ħoloq utli tal-ECLI

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, metodu ta’ ċitazzjoni tal-ġurisprudenza:
https://curia.europa.eu/jcms/jcms/P_126035/mt

Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika:
https://e-justice.europa.eu/topics/legislation-and-case-law/european-case-law-identifier-ecli_mt

Regoli għaċ-ċitazzjoni tal-ġurisprudenza:
ara t-taqsima 5.9.3.