5.1.1. Komponenti tal-qoxra

Kull waħda mill-erba’ paġni tal-qoxra għandha komponenti distintivi.

tip:

Ara wkoll il-A quick reference guide.

Kull waħda mill-erba’ paġni tal-qoxra għandha komponenti distintivi.

Il-paġna I jkollha l-isem u l-emblema tal-editur, it-titolu tax-xogħol u, fejn xieraq, is-sottotitolu u l-isem tal-awtur (speċjalment fil-każ tal-kopubblikazzjonijiet); jistgħu jidhru wkoll in-numru tal-volum, għal xogħol li fih aktar volumi, u t-titolu tal-ġabra jew tas-serje kif ukoll in-numru tal-ordni tax-xogħol:

  • it-titolu tax-xogħol: irid ikun qasir, li jolqtok u sinifikanti. Meta jkun rapport annwali jew studju dwar perjodu speċifiku, l-indikazzjoni tas-sena jew tal-perjodu hija parti essenzjali tat-titolu jew tas-sottotitolu,
  • is-sottotitolu: f’massa iċken minn dik tat-titolu, hu jikkompletah,
  • l-emblema tal-editur: ma għandhiex tidher ħlief fuq il-paġna I tal-qoxra,
  • l-isem tal-awtur: jekk jidher fuq il-qoxra ta’ barra, xorta jrid jidher fuq il-paġna tat-titolu,
    NB:

    It-titolu ta’ direttorat ġenerali ta’ istituzzjoni jew ta’ korp fl-ebda każ ma għandu jissemma fil-paġna I tal-qoxra, ħlief għall-Eurostat u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Madankollu, jista’ jiddaħħal fil-paġna tat-titolu.

  • in-numru tal-volum: jekk hemm iżjed minn volum wieħed, huwa preferibbli li jiġu nnumerati f’ċifri Rumani.

Ġeneralment, il-paġna II titħalla vojta.

Il-paġna III jkollha avviż pubbliċitarju.

Il-paġna IV jkollha l-prezz tal-bejgħ (jekk xieraq), il-logo tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, l-ISBN (in-numru internazzjonali ta’ standardizzazzjoni tal-kotba) u n-numru tal-katalogu:

  • Il-prezz tal-bejgħ: il-prezz ta’ bażi ta’ kull pubblikazzjoni huwa stipulat f’euro. Il-prezzijiet kollha stampati fuq il-qoxra tal-pubblikazzjonijiet u fil-katalogi jiġu ppreżentati hekk:

    Prezz fil-Lussemburgu (VAT eskluża): EUR …

  • L-emblema tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: l-emblema tinsab fil-qiegħ tal-paġna IV tal-qoxra. L-isem “L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea” jidher f’waħda mil-lingwi tal-UE għall-verżjonijiet b’lingwa waħda u diversi lingwi għall-verżjonijiet multilingwi.

Standards speċifiċi tal-pubblikazzjonijiet perjodiċi jew serjali

F’pubblikazzjoni serjali, l-ISSN (numru internazzjonali standardizzat tal-pubblikazzjonijiet f’serje) jiżdied mal-elementi ppreżentati hawn fuq. Jiġi stampat fir-rokna ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-paġna I.

Ċerti pubblikazzjonijiet perjodiċi jiġu bla qoxra. Il-paġna I jkun fiha b’mod addizzjonali n-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni. F’uħud mill-każijiet, il-paġni II u III jintużaw għall-preżentazzjoni tat-taqsira. Huwa preferibbli li s-sena tal-pubblikazzjoni tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

Fil-paġna IV jidhru l-prezz (prezz tal-abbonament u l-prezz għal kull ħarġa), in-numru tal-katalogu kif ukoll il-logo tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoniijiet.

Paġna I tal-qoxra

Paġna I tal-qoxra

1. ISSN

2. Titolu tax-xogħol

3. Is-sena

4. Emblema tal-Ewropa

5. Editur

Paġna III tal-qoxra (avviż pubbliċitarju)

Paġna III tal-qoxra (avviż pubbliċitarju)

Paġna IV tal-qoxra

Paġna IV tal-qoxra

1. In-numru tal-katalogu

2. L-emblema tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

3. ISBN

4. Il-prezz tal-bejgħ