5.12. It-tabelli

It-tabelli jservu biex juru jew jispjegaw it-test b’iktar ’dettall.

It-tabella sservi biex turi jew tispjega t-test b’iktar jew b’inqas dettalji. Għalhekk huwa importanti li tiġi ppreżentata b’mod sempliċi kif ukoll ċar kemm jista’ jkun.

L-intestaturi tal-kolonni tat-tabella kif ukoll in-nomenklaturi ma jridx ikollhom abbrevjazzjonijiet; barra minn dan, għandu jiġi evitat li l-kliem jinkiteb kollu b’ittri kapitali.

Għall-ispjegazzjonijiet ulterjuri kollha li jidhru fil-qiegħ tat-tabella u li mhumiex noti, huwa rakkomandat li tintuża n-NB:

NB: m.d. = mhux determinat.

Ix-xogħlijiet jew it-tabelli multilingwi

Fil-każ ta’ xogħol multilingwi, il-verżjonijiet lingwistiċi differenti jridu jsegwu l-ordni alfabetiku komuni tal-ismijiet ta’ oriġini tal-lingwi, stabbiliti fuq l-ortografija oriġinali tagħhom (ara t-Taqsima 7.2.1).