5.3.1. Komponenti

Il-komponenti tal-verso tal-paġna tat-titolu dejjem jinkludu l-post tal-pubblikazzjoni, l-isem tal-pubblikatur, is-sena tal-pubblikazzjoni, id-dettalji tad-drittijiet tal-awtur u l-identifikaturi.

tip:

Ara wkoll il-A quick reference guide.

Fuq il-wara tal-paġna tat-titolu jinsabu, f’dan l-ordni, l-elementi li ġejjin:

  • f’pubblikazzjoni stampata, il-kliem “Printed by [Stampatur] in [Pajjiż]” (bl-Ingliż u bil-korsiv) u, jekk applikabbli, l-ekotikketta/i u/jew nota dwar il-prodott tal-karta stampata (ara t-Taqsima 5.3.2),
  • jekk xieraq, il-kliem “Il-manuskritt tlesta f’[xahar] [sena]”,
  • jekk xieraq, il-kliem “Edizzjoni riveduta”, “Edizzjoni rettifikata” jew “[L-ewwel/It-tieni/n.] edizzjoni”,
  • jekk xieraq, riżervi eventwali fir-rigward tar-responsabbiltà tal-istituzzjoni (ara t-Taqsima 5.4.4),
  • il-post tal-pubblikazzjoni (kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet), l-isem tal-pubblikatur u s-sena tal-pubblikazzjoni (skont id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tas-26 ta’ Ġunju 2009, il-pubblikatur huwa l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea),
  • id-dettalji dwar id-drittijiet tal-awtur (b’xi spjegazzjoni/awtorizzazzjoni għar-riproduzzjoni) (ara wkoll t-Taqsimiet 5.4.1 u 5.4.2),
  • jekk xieraq, id-drittijiet tal-awtur tal-illustrazzjonijiet jekk mhumiex inklużi biswithom (ara t-Taqsima 5.4.3),
  • l-identifikaturi (ISBN, DOI…) (ara wkoll it-Taqsima 4.4).
NB:

Is-sena tal-pubblikazzjoni titqiegħed wara l-isem tal-pubblikatur sabiex issir distinzjoni ċara mis-sena tad-drittijiet tal-awtur (ara t-Taqsima 5.4.1).

Il-wara tal-paġna tat-titolu

Il-wara tal-paġna tat-titolu

1. Informazzjoni dwar il-prodott tal-karta stampata

2. Informazzjoni dwar il-manuskritt jew l-edizzjoni

3. Nota legali tas-servizz tal-awturi

4. Il-post, il-pubblikatur u s-sena ta’ pubblikazzjoni

5. Id-drittijiet tal-awtur

6. Identifikaturi