5.3.2. Informazzjoni dwar il‑prodott tal-karta stampata
Kwalunkwe prodott tal-karta stampata għandu fil-prinċipju jinkludi l‑isem tal-istampatur u l‑pajjiż tal-istampar, l‑ekotikketta/i applikabbli u possibbilment nota relatata mal‑karta użata.
Kull prodott tal-karta stampata fil-prinċipju jrid jinkludi l‑informazzjoni li ġejja, imdaħħla mill-istampatur:
- isem l‑istampatur u l‑pajjiż fejn isir l‑istampar,
- l-ekotikketta/i applikabbli,
- possibbilment nota dwar il‑karta użata.
Isem l‑istampatur u l‑pajjiż fejn isir l‑istampar
In-nota dwar isem l‑istampatur u l‑pajjiż fejn isir l‑istampar tiġi ppreżentata b’mod identiku fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha, bl‑Ingliż u bil-korsiv:
Printed by [stampatur] in [pajjiż]
Ekotikketta
Tiżdied informazzjoni dwar il‑prodott tal-karta stampata fil-forma ta’ ekotikketta waħda jew iktar, pereżempju:
Nota dwar il‑karta użata
Tista’ tiżdied nota dwar il‑karta użata, f’forma minn dawn li ġejjin:
- karta ġdida:
Stampat fuq karta bajda ħielsa mill-klorur elementari (ECF)
Stampat fuq karta bajda ħielsa kompletamentmill-klorur elementari (TCF)
- karta riċiklata:
Stampat fuq karta riċiklata
Stampat fuq karta riċiklata ħielsa mill-klorur (PCF)
Fil-każ ta’ karta riċiklata, qatt ma tista’ tintuża l‑formula “bajda bla klorur”. Fil-fatt, huwa impossibbli li tiġi rintraċċata l‑oriġini tal-karta kollha użata fil-proċess tar-riċiklaġġ (u allura tkun tista’ tingħata garanzija tan-nuqqas totali ta’ klorur). Fil-verità, huwa l‑proċess tar-riċiklaġġ li jista’ jitwettaq bla klorur.