5.4. Id‑drittijiet tal‑awtur (reviżjoni sħiħa)
Id‑drittijiet tal‑awtur jipproteġu xogħlijiet letterarji, artistiċi u xjentifiċi oriġinali mill‑mument li jinħolqu.
Id‑drittijiet tal‑awtur jipproteġu xogħlijiet letterarji, artistiċi u xjentifiċi oriġinali mill‑mument li jinħolqu. Jagħmlu parti minn diversi drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, li jipproteġu l‑kreazzjonijiet tal‑moħħ.
Biex jiġi protett xogħol, mhi meħtieġa l‑ebda formalità: il‑Konvenzjoni ta’ Berna għall‑Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi tipprevedi li l‑protezzjoni tad‑drittijiet tal‑awtur ma tistax tkun dipendenti fuq ir‑rispett tal‑formalitajiet. Madankollu, biex il‑pubbliku jiġi infurmat dwar min għandu (id‑drittijiet tal‑awtur ta’) xi xogħol u kif dan jista’ jerġa’ jintuża, huwa rrakkomandat li jiżdied avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur miegħu.