5.4.1. Avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur (reviżjoni sħiħa)
L-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur jinforma lill-qarrej li x-xogħol huwa protett bid-drittijiet tal-awtur. Għandu jindika d-detentur tad-drittijiet tal-awtur tax-xogħol, is-sena tal-pubblikazzjoni, jekk l-użu mill-ġdid huwiex permess u, jekk iva, b’liema kundizzjonijiet.
L-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur jinforma lill-qarrej li x-xogħol huwa protett bid-drittijiet tal-awtur. Għandu jindika d-detentur tad-drittijiet tal-awtur tax-xogħol, is-sena tal-pubblikazzjoni, jekk l-użu mill-ġdid huwiex permess u, jekk iva, b’liema kundizzjonijiet. Barra minn hekk, f’avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur abbozzat sew u komplut, huwa kruċjali li jiġu rikonoxxuti l‑elementi ta’ partijiet terzi inklużi fil‑pubblikazzjoni.
Avviż standard dwar id‑drittijiet tal‑awtur jikkonsisti fi tliet elementi:
- is‑simbolu “©” jew il‑frażi “Drittijiet tal‑Awtur” biex tindika l‑protezzjoni tad‑drittijiet tal‑awtur,
- l‑isem tad‑detentur tad‑drittijiet tal‑awtur,
- is‑sena tal‑ewwel pubblikazzjoni tax‑xogħol.
© [isem id-detentur tad-drittijiet tal-awtur], [is‑sena tal‑ewwel pubblikazzjoni]
pereżempju:
© L-Unjoni Ewropea, 2022
Detentur tad‑drittijiet tal‑awtur
Huma biss l‑entitajiet b’personalità ġuridika li jista’ jkollhom id‑drittijiet tal‑awtur.
(a) Istituzzjonijiet u servizzi interistituzzjonali li jikkondividu l‑personalità ġuridika tal‑Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet maħluqa mill‑persunal tal‑istituzzjonijiet tal‑Unjoni Ewropea għandhom juru “© Unjoni Ewropea”, ħlief fil‑każ tal‑Bank Ċentrali Ewropew, li għandu personalità ġuridika proprja u għalhekk id‑drittijiet tal‑awtur tiegħu nnifsu.
© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]
© Il-Bank Ċentrali Ewropew, [is-sena]
Uża d‑denominazzjoni sħiħa, mhux l‑abbrevjazzjoni biss:
© Il-Bank Ċentrali Ewropew, [is-sena]
and not © BĊE, [year]
Is‑servizzi interistituzzjonali, bħall‑Uffiċċju tal‑Pubblikazzjonijiet, is‑Servizz Ewropew għall‑Azzjoni Esterna u l‑Uffiċċju Ewropew għas‑Selezzjoni tal‑Persunal, m’għandhomx personalità ġuridika. Għaldaqstant, dawn jużaw l‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur “© Unjoni Ewropea” għall‑pubblikazzjonijiet tagħhom.
(b) Entitajiet li għandhom personalità ġuridika tagħhom infushom
L‑organizzazzjonijiet deċentralizzati (l‑aġenziji) u l‑aġenziji eżekuttivi (ara t‑Taqsimiet 9.5.3 u 9.5.4 għal‑listi sħaħ) għandhom il‑personalità ġuridika tagħhom infushom u għaldaqstant iridu jissemmew bħala d‑detenturi tad‑drittijiet tal‑awtur:
© L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, [is-sena]
© , [is-sena]
Uża d‑denominazzjoni sħiħa, mhux l‑abbrevjazzjoni biss:
© L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, [is-sena]
jew possibbilment:
© L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), [is-sena]
but not © Frontex, [is-sena]
Jekk id‑drittijiet tal‑awtur ikunu ġew ittrasferiti lill‑Unjoni Ewropea b’kuntratt jew b’dokument legali ieħor, uża l‑avviż li ġej:
© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]
Ara t‑Taqsima 9.5 għall‑istruttura amministrattiva tal‑Unjoni Ewropea. L‑informazzjoni dwar il‑personalità ġuridika tal‑korp tinsab fl‑att ta’ twaqqif rispettiv.
Entitajiet oħra bil‑personalità ġuridika tagħhom infushom huma l‑Bank Ewropew tal‑Investiment u l‑Fond Ewropew tal‑Investiment. Dawn għandhom id‑drittijiet tal‑awtur tagħhom stess:
© Il-Bank Ewropew tal-Investiment, [is-sena]
© Il-Fond Ewropew tal-Investiment, [is-sena]
Id‑dokumenti mfassla fil‑kamp ta’ applikazzjoni tat‑Trattat Euratom (u taħt il‑linja baġitarja tal‑Euratom) irid ikollhom l‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur tagħhom infushom:
© Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, [is-sena]
Dan ikun il‑każ, pereżempju, għal dokumenti varji jew għal pubblikazzjonijiet speċjalizzati fil‑qasam tal‑enerġija atomika ppubblikati miċ‑Ċentru Konġunt tar‑Riċerka.
Referenza għall-awtur
L‑Artikolu 18 tar‑Regolamenti tal‑Persunal jiddikjara li d‑drittijiet tal‑awtur fuq kwalunkwe xogħol li jsir minn uffiċjali tal‑UE fil‑qadi ta’ dmirijiethom jappartjenu għall‑Unjoni Ewropea (jew għall‑aġenzija rispettiva, eċċ.). Madankollu, f’xi każijiet, is‑servizzi tal‑awtur jistgħu jirrikjedu li l‑membri tal‑persunal li kitbu x‑xogħol jissemmew individwalment fil‑pubblikazzjoni. Dan huwa l‑każ, pereżempju, jekk il‑pubblikazzjoni jkun fiha l‑fehmiet personali tal‑awtur jew jekk tkun għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi jew artikli f’ġurnali legali. F’dan il‑każ, huwa rrakkomandat li tiġi inkluża dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà legali (ara t‑Taqsima 5.4.4):
Awtur: [Isem il‑persuna]
Dan ma japplikax għal pubblikazzjonijiet maħruġa mis‑servizzi tal‑awtur fil‑kapaċità istituzzjonali tagħhom.
Is‑sena
It‑tul ta’ żmien tal‑protezzjoni tad‑drittijiet tal‑awtur ta’ pubblikazzjoni tal‑UE b’lingwa partikolari jibda mid‑data tal‑ħolqien tagħha. Jekk xogħol jiġi ppubblikat b’diversi lingwi fi snin differenti, kull verżjoni lingwistika għandu jkollha s‑sena tal‑pubblikazzjoni tagħha.
Fil‑każ ta’ stampar mill‑ġdid, l‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur jibqa’ l‑istess. Madankollu, fil‑każ ta’ edizzjonijiet ġodda, li jikkostitwixxu pubblikazzjonijiet ġodda, id‑data tal‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur għandha tikkorrispondi mas‑sena tal‑pubblikazzjoni tal‑edizzjoni l‑ġdida.
Meta jinbidel il‑format ta’ pubblikazzjoni (eż. minn ktieb stampat għal ktieb elettroniku), is‑sena tal‑edizzjoni tkun l‑istess bħall‑edizzjoni oriġinali jekk ma jkun sar l‑ebda tibdil. Jekk isiru bidliet sostanzjali, tiġi ppubblikata edizzjoni ġdida, u d‑data tal‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur għandha tikkorrispondi mas‑sena tal‑pubblikazzjoni tal‑edizzjoni l‑ġdida.
Ħidma mal‑kuntratturi
Fil-każ ta’ kwalunkwe mistoqsija, ikkuntattja lis-servizz inkarigat mid-drittijiet tal-awtur fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP-COPYRIGHT@publications.europa.eu).