5.4.2. Awtorizzazzjoni għall‑użu mill‑ġdid u l‑kundizzjonijiet tal‑użu mill‑ġdid (reviżjoni sħiħa)

Fil-kwalifika tad-drittijiet tal-awtur, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea jindikaw il-grad ta’ protezzjoni li japplikaw għall-pubblikazzjonijiet tagħhom, li jvarja minn ebda użu mill-ġdid awtorizzat sa regoli li jippermettu l-użu mill-ġdid sħiħ.

Fil-kwalifika tad-drittijiet tal-awtur, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea jindikaw il-grad ta’ protezzjoni li japplikaw għall-pubblikazzjonijiet tagħhom, li jvarja minn ebda użu mill-ġdid awtorizzat sa regoli li jippermettu l-użu mill-ġdid sħiħ.

Il‑Kunsill

Il‑politika tal‑użu mill‑ġdid tal‑Kunsill hija implimentata bid‑Deċiżjoni tal‑Kunsill (UE) 2017/1842 tad‑9 ta’ Ottubru 2017 dwar il‑politika tal‑Kunsill dwar data miftuħa u l‑użu mill‑ġdid ta’ dokumenti tal‑Kunsill. Jenħtieġ li jintuża l‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur li ġej:

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]

L-użu mill-ġdid hu awtorizzat dment li ssir referenza għas-sors. Il‑politika tal-użu mill-ġdid tal-Kunsill hija implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1842 tad-9 ta’ Ottubru 2017 dwar il-politika tal-Kunsill dwar data miftuħa u l‑użu mill-ġdid ta' dokumenti tal-Kunsill (ĠU L 262, 12.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1842/oj).

tip:

Ara dan l-avviż f’24 lingwa: Council reuse notice (Avviż ta’ użu mill-ġdid tal-Kunsill).

Il‑Kummissjoni u l‑aġenziji eżekuttivi

Il‑politika tal‑Kummissjoni dwar l‑użu mill‑ġdid ġiet adottata bid‑Deċiżjoni tal‑Kummissjoni tat‑12 ta’ Diċembru 2011 dwar l‑użu mill‑ġdid tad‑dokumenti tal‑Kummissjoni (id‑“Deċiżjoni dwar l‑Użu mill‑Ġdid”) u implimentata ulterjorment bid‑Deċiżjoni tat‑22 ta’ Frar 2019 li tadotta Creative Commons bħala liċenzja miftuħa skont il‑politika tal‑Kummissjoni Ewropea dwar l‑użu mill‑ġdid. Wara dawn id‑deċiżjonijiet, u sakemm ma tapplikax xi waħda mill‑eċċezzjonijiet previsti fihom, il‑pubblikazzjonijiet tal‑Kummissjoni jeħtieġ li jkunu liċenzjati bil‑liċenzja tal‑Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0) (https://creativecommons.org/licenses/by/4.0/).

Jintuża l‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur li ġej:

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]

""
Il-politika dwar l‑użu mill-ġdid tal-Kummissjoni hi implimentata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l‑użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/833/oj).Għajr jekk ikun indikat mod ieħor, l‑użu mill-ġdid ta’ dan id-dokument huwa awtorizzat bil-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0) (https://creativecommons.org/licenses/by/4.0/). Dan ifisser li l‑użu mill-ġdid huwa permess kemm-il darba jingħata kreditu xieraq u jiġu indikati t‑tibdiliet kollha.
tip:

Ara dan l-avviż f’24 lingwa: Commission default reuse notice (Avviż awtomatiku ta’ użu mill-ġdid tal-Kummissjoni).

Għalkemm dan mhuwiex rakkomandat, jekk għal raġuni ġustifikata servizz tal‑Kummissjoni jippubblika l‑pubblikazzjoni tiegħu direttament skont id‑Deċiżjoni dwar l‑Użu mill‑Ġdid u mhux taħt liċenzja tal‑Creative Commons, jista’ jintuża l‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur li ġej:

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]

L-użu mill-ġdid huwa awtorizzat kemm-il darba jissemma s‑sors, u t‑tifsira jew il-messaġġ oriġinali tad-dokument ma jinbidilx. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta minħabba l‑użu mill-ġdid ta’ din il-pubblikazzjoni. Il‑politika tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija bbażata fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l‑użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/833/oj).

tip:

Ara dan l-avviż f’24 lingwa: Commission alternative reuse notice (Avviż alternattiv ta’ użu mill-ġdid tal-Kummissjoni).

Ir‑regoli ta’ hawn fuq japplikaw għall‑aġenziji eżekuttivi, li għandhom isegwu l‑politika editorjali tal‑Kummissjoni. Aktar informazzjoni dwar il‑politika tal‑Kummissjoni dwar l‑użu mill‑ġdid u r‑regoli dwar id‑drittijiet tal‑awtur applikabbli għall‑pubblikazzjonijiet tinsab fid‑dokumenti Linji Gwida dwar l‑Użu mill‑Ġdid* u Linji Gwida dwar il‑Pubblikazzjonijiet*.

Il‑Qorti tal‑Awdituri

Fis‑16 ta’ April 2019, il‑Qorti tal‑Awdituri approvat politika speċifika dwar l‑użu mill‑ġdid tal‑pubblikazzjonijiet tagħha. L‑avviż irrakkomandat dwar id‑drittijiet tal‑awtur huwa:

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]

""

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l‑użu mill-ġdid hija stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-QEA dwar il-politika tad-data miftuħa u l‑użu mill-ġdid ta’ dokumenti. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), kontenut tal-QEA li huwa proprjetà tal-UE huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Għalhekk, bħala regola ġenerali, l‑użu mill-ġdid huwa awtorizzat dment li jingħata kreditu xieraq u li kwalunkwe bidla tiġi indikata. Dawk li jużaw mill-ġdid il-kontenut tal-QEA ma jistgħux jgħawġu t‑tifsira jew il-messaġġ oriġinali. Il‑QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

tip:

Ara dan l-avviż f’24 lingwa: Court of Auditors reuse notice (Avviż ta’ użu mill-ġdid tal-Qorti tal-Awdituri).

Istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra

Skont il‑politiki editorjali tagħhom stess, il‑bqija tal‑istituzzjonijiet u l‑korpi jistgħu japplikaw kundizzjonijiet differenti ta’ użu mill‑ġdid għall‑pubblikazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il‑kliem tas‑soltu tal‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur huwa:

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.

tip:

Ara dan l-avviż f’24 lingwa: Reproduction authorised (Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata).

Fejn ikun ġustifikat, jistgħu jiġu applikati kundizzjonijiet stretti:

© l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, [is-sena]

Kull dritt miżmum.

tip:

Ara dan l-avviż f’24 lingwa: All rights reserved (Id-drittijiet kollha huma riżervati).

L‑Uffiċċju tal‑Pubblikazzjonijiet jippromwovi l‑użu mill‑ġdid tal‑pubblikazzjonijiet tal‑istituzzjonijiet, il‑korpi, l‑uffiċċji u l‑aġenziji kollha fi kwalunkwe każ, skont il‑prinċipji gwida tad‑ Direttiva (UE) 2019/1024 tal‑20 ta’ Ġunju 2019 dwar id‑data miftuħa u l‑użu mill‑ġdid tal‑informazzjoni tas‑settur pubbliku. Is‑servizzi li jridu jagħmlu l‑pubblikazzjonijiet tagħhom aktar miftuħa jistgħu jużaw il‑frażi “l‑użu mill‑ġdid awtorizzat” u japplikaw il‑kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

tip:

Fil-każ ta’ kwalunkwe mistoqsija, ikkuntattja lis-servizz inkarigat mid-drittijiet tal-awtur fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP-COPYRIGHT@publications.europa.eu).

*

Link interna/dokument ta’ ħidma għall-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej. Verżjoni bil-Malti ma teżistix.