5.4.4. Dikjarazzjonijiet oħra ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà (reviżjoni sħiħa)
Dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà legali oħra jistgħu jiżdiedu mal-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur sabiex tinċaħad ir-responsabbiltà għall-użu tal-informazzjoni pprovduta, il-kontenut tad-dokument jew l-opinjonijijiet espressi.
Minbarra l‑avviż dwar id‑drittijiet tal‑awtur u l‑kundizzjonijiet għall‑użu mill‑ġdid tal‑pubblikazzjoni, jistgħu jiżdiedu d‑dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà legali li ġejjin, jekk applikabbli:
-
La l-[istituzzjoni/korp/aġenzija] u lanqas kwalunkwe persuna li taġixxi f’isem l‑[istituzzjoni/korp/aġenzija] ma hija responsabbli mill-użu li jista’ jsir mill-pubblikazzjoni kurrenti.
-
Dan id-dokument ma jistax jitqies li jikkostitwixxi pożizzjoni uffiċjali tal-[istituzzjoni/korp/aġenzija].
-
Dan ir-rapport bl-ebda mod ma jrendi l‑[istituzzjoni/korp/aġenzija] responsabbli
-
Il-kontenut ta’ din il-pubblikazzjoni mhux bilfors jirrifletti l‑pożizzjoni jew l‑opinjoni tal-[istituzzjoni/korp/aġenzija].
-
L-avviżi espressi jorbtu biss lill-awtur (lill-awturi) u mhumiex se jitqiesu li jikkostitwixxu teħid ta’ pożizzjoni uffiċjali tal-[istituzzjoni/korp/aġenzija].
Ara ċ-ċaħdiet ta’ responsabbiltà f’24 lingwa: Disclaimers / Clauses de non-responsabilité (Ċaħdiet ta’ responsabbiltà).
Fil-każ ta’ kwalunkwe mistoqsija, ikkuntattja lis-servizz inkarigat mid-drittijiet tal-awtur fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP-COPYRIGHT@publications.europa.eu).