5.5.2. Il-kelmtejn ta’ qabel, il‑prefazju u d-daħla
Il-kelmtejn qabel, il‑prefazju u l‑introduzzjoni huma partijiet distinti tat‑testi preliminari ta’ pubblikazzjoni.
Il-kelmtejn ta’ qabel jitqiegħed fil-bidu tax-xogħol; l‑għan tiegħu huwa li jippreżenta lill-qarrej l‑awtur tal-ktieb jew ix-xogħol li se jikkonsulta. Is‑soltu l‑awtur ma jagħmilx il‑kelmtejn ta’ qabel ta’ xogħlu stess. Il-prefazju jsir f’karattri differenti mill-bqija tax-xogħol, ġeneralment bil-korsiv u probabbilment, ikbar.
Il-prefazju, miktub mill-awtur innifsu, huwa preżentazzjoni qasira tax-xogħol fejn l‑awtur jesponi l‑għanijiet tiegħu. Ġeneralment huwa miktub b’tipa Rumana.
Id-daħla, miktuba mill-awtur innifsu, għandha l‑iskop li tippreżenta l‑istruttura tax-xogħol lill-qarrej. Hija magħmula ġeneralment mill-istess karattri bħal dawk użati fix-xogħol.