5.5.3. Il-werrej
Il-werrej (intitolat “Werrej”) huwa tabella magħmula mill-intestaturi kelma b’kelma li jiffurmaw parti mit-taqsimiet tal-pubblikazzjoni.
Il-werrej (intitolat “Werrej”) huwa tabella magħmula mill-intestaturi kelma b’kelma li jiffurmaw parti mit-taqsimiet tal-pubblikazzjoni. Huwa magħmul minn lista tat-titoli eżatti, estratti tat-test ta’ kull subdiviżjoni tax-xogħol. Ma’ kull titolu, ġeneralment konness permezz ta’ punti gwida, jidher in-numru tal-paġna jew il-bidu tal-parti rilevanti.
Il-werrej ġenerali jista’ jkun akkumpanjat minn werrej sussidjarju għal kull taqsima; il-livell ta’ dettall għal kull wieħed huwa adattat skont kif jixraq.
Il-werrej jista’ jiġi akkumpanjat minn tabella tal-illustrazzjonijiet u ta’ lista ta’ tabelli u graffs.