5.5.5. Indiċi

L-indiċi huwa lista dettaljata ta’ suġġetti,persuni, postijiet, avvenimenti, eċċ., li jispeċifika l-pożizzjoni tagħhom fit-test.

L-indiċijiet huma listi dettaljati li jikklassifikaw, kif spjegat hawn taħt, is-suġġetti meqjusa bħala importanti (kunjomijiet tal-persuni, ismijiet tal-postijiet, avvenimenti, kliem importanti, eċċ.) u li jispeċifikaw il-pożizzjoni tagħhom fil-pubblikazzjoni.

L-indiċijiet jistgħu jiġu stabbiliti skont kriterji differenti: b’mod alfabetiku, sistematiku, kronoloġiku, numerat, eċċ.

Spiss ikun hemm bosta sistemi ta’ klassifikazzjoni soġġetti għal xulxin fl-istess indiċi.

Huwa possibbli li jsiru indiċijiet speċjalizzati (indiċi tal-awturi, tal-ismijiet ġeografiċi, eċċ.) jew li din l-informazzjoni kollha tinġabar f’indiċi ġenerali.

Preżentazzjoni tal-indiċi

Fil-proċess ta’ produzzjoni, fil-każijiet fejn sar it-tqassim tal-paġni ta’ xogħol, huwa s-servizz tal-awtur li jkollu d-dmir li jlesti u jivverifika l-indiċi (pereżempju, l-awtur ilesti l-impaġnar f’indiċi li jagħmel referenza għan-numri tal-paġni).

Jekk l-indiċi ta’ xogħol jidher fil-forma ta’ faxxiklu separat, it-titolu tiegħu jrid jindika l-awtur, it-titolu, il-post u d-data tal-pubblikazzjoni indiċjata, hekk kif jidhru fuq il-paġna tat-titolu.

It-titolu tal-indiċi ta’ perjodiku jew ta’ pubblikazzjoni f’serje, jirriproduċi t-titolu sħiħ, in-numru tal-volum u l-perjodu kopert mill-indiċi.

Fil-każ tal-perjodiċi, huwa rakkomandat li jiżdiedu l-indiċijiet kumulattivi għall-indiċijiet tal-volumi. Għalhekk ir-referenzi jridu jinkludu s-sena u n-numru tal-volum.

Jekk kull faxxilku ta’ volum jiġi impaġnat b’mod separat, in-numru tal-faxxiklu jew id-data tiegħu, iridu jitniżżlu fir-referenza.

L-intestaturi kurrenti jridu jidhru fuq in-naħa ta’ quddiem u fuq in-naħa ta’ wara ta’ kull paġna u jridu jsemmu, rispettivament, it-titolu tax-xogħol u n-natura tal-indiċi, ħlief f’każijiet partikolari. F’każ ta’ indiċi voluminuż, huwa rakkomandat li jiġu indikati l-inizjali tal-ewwel u l-aħħar kelma, jew il-kelmiet innifishom, fir-rokna esterna ta’ fuq ta’ kull paġna.

Jekk l-indiċi jitqiegħed fil-bidu tal-pubblikazzjoni, l-impaġnar tiegħu jrid ikun distint minn dak tat-test.

L-indiċijiet tal-perjodiċi jew ta’ pubblikazzjonijiet oħrajn f’serje, iridu jiġu ppubblikati volum b’volum u, jekk jista’ jkun fil-frekwenza, ta’ darba fis-sena. Bl-istess mod, l-indiċijiet kumulattivi huma ppubblikati f’intervalli regolari.