5.7. In-numerazzjonijiet
Il-punti elenkati jistgħu jkunu listi bażiċi, b’erba’ tipi bażiċi, jew diversi punti elenkati, li jsegwu r-regoli għad-diviżjoni tat-test bl-użu ta’ ċifri, ittri, inċiżi u bullets.
In-numerazzjoni sempliċi
In-numerazzjoni sempliċi kollha tiddaħħal permezz ta’ żewġ punti. Kull element jibda b’ittra żgħira u jispiċċa b’virgola jew permezz ta’ punt u virgola (skont it-tul tal-element jew il-preżentazzjoni tal-frażi):
L-erba’ staġuni tas-sena huma:
- ir-rebbiegħa,
- is-sajf,
- il-ħarifa,
- ix-xitwa.
Din il-proposta għandha żewġ għanijiet:
- it-tfassil ta’ dispożizzjonijiet komuni tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà tal-pazjenti;
- it-tneħħija tal-ostakli għall-iskambji li joriġinaw mid-differenzi fid-dispożizzjonijiet nazzjonali.
NB:
Għar-regoli li jikkonċernaw il-Ġurnal Uffiċjali, ara t-Taqsima 3.5.
In-numerazzjoni multipla
In-numerazzjoni multipla ssegwi r-regoli previsti għat-taqsimiet tat-test, biċ-ċifri, l-ittri, l-inċiżi u l-punti:
Doppja | Tripla | Kwadrupla |
---|---|---|
Xxxxxxxx:
|
Xxxxxxxx:
|
Xxxxxxxx:
|