5.8. L-enfasi
Il-korsiv jintuża biex jiġbed l‑attenzjoni tal-qarrej lejn kelma, frażi jew passaġġ li l‑awtur jipprova juri, biex kliem barrani jinbidel fl‑ilsien attwali jew biex jindika t‑titolu sħiħ ta’ xogħol.
Fil-Malti, il‑korsiv jintuża biex jiġbed l‑attenzjoni tal-qarrej lejn kelma, frażi jew passaġġ li l‑awtur jipprova juri, biex kliem barrani jinbidel fl‑ilsien attwali jew biex jindika t‑titolu sħiħ ta’ xogħol (ara t‑Taqsima 5.9.4).
F’test bil-korsiv, il‑kelmiet li jridu jiġu enfasizzati jsiru bir-Ruman.
Biex jiġi evitat il‑korsiv, wieħed jista’ jirrikorri għall-virgoletti biex jiġu enfasizzati ċerti kelmiet. Madankollu, jaqbel li l‑virgoletti u l‑korsiv ma jintużawx flimkien.
L-enfasi tista’ ssir ukoll bl‑għajnuna ta’ karattri b’tipa grassa, iżda kemm l‑użu tat‑tipa grassa u kemm tal-korsiv għandu jsir b’moderazzjoni.
Għar-regoli dettaljati dwar l‑użu tal-korsiv, ara t‑Taqsima 10.6.