5.9.1. Ir-referenzi għal‑leġiżlazzjoni tal-UE
F’pubblikazzjonijiet li mhumiex dawk tal-Ġurnal Uffiċjali, it‑titoli tal-atti jistgħu jiġu kkwotati b’mod inqas strett.
Il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet differenti
Għall-preżentazzjoni ta’ referenzi għal‑leġiżlazzjoni tal-UE fit-testi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali u għan-numerazzjoni tal-atti, ara l-Ewwel Parti.
F’pubblikazzjonijiet li mhumiex dawk tal-Ġurnal Uffiċjali, it‑titoli tal-atti jistgħu jiġu kkwotati b’mod inqas strett. Madankollu, għandu jiġi nnutat li, f’kull każ, il‑komponenti tat‑Titolu tal-Att (it-titolu tal-Att, in‑numru, l‑entità li kitbitu, id‑data u t‑titolu) ma jkunux isseparati b’virgoli u li it‑titolu ma jiġix segwit minn virgola:
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistipula li […]
Ir-Regolament (UE) Nru 1204/2009 jistipula li […]
Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2009 dwar it‑twaqqif ta’ skema Komunitarja ta’ dazji doganali jistipula li […]
Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 tal-Kunsill dwar it‑twaqqif ta’ skema Komunitarja ta’ dazji doganali jistipula li […]
Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 dwar it‑twaqqif ta’ skema Komunitarja ta’ dazji doganali jistipula li […]
Naturalment, ma hemm xejn li jwaqqaf l‑użu ta’ virgoli imposti mis-sintassi ġewwa titolu:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1307/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa, għas-sena tas-sajd 2009, il‑prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd jistipula li […]
Fl-atti emendatorji, it‑titolu tal-Att ukoll irid jifforma massa unika (l‑ebda punteġġatura bejn il‑komponenti tal-atti emendati):
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r‑Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea […]
L-użu ta’ “u” jew “sa”
F’pubblikazzjonijiet li mhumiex dawk tal-Ġurnal Uffiċjali, meta jkun hemm ġabra ta’ bosta regolamenti, artikoli, eċċ., l‑użu tal-forom “u” jew “sa” għandu jiġi ddeterminat mir-regoli li ġejjin.
- sa tliet numri għandha tintuża “u” u għandhom jiġu indikati n‑numri kollha:
Ir-Regolamenti (UE) 2015/17, 2015/18 u 2015/19
(atti bl‑istess qasam)Ir-Regolamenti (UE) 2015/17, 2015/18 u 2015/19 u (UE, Euratom) 2015/623
(atti b’oqsma differenti)l-Artikoli 2, 3 u 4
(u mhux “l-Artikoli minn 2 sa 4”) - ’il fuq minn hekk:
Ir-Regolamenti minn (UE) 2016/52 sa 2016/56
l-Artikoli minn 2 sa 8
Għandu dejjem jiġi evitat l‑użu tas-sing twil biex juri firxa ta’ artikoli: forma bħalma hija “ir-Regolamenti (UE) 2016/52-2016/56” tista’ tfisser kemm 2016/52 u 2016/56, kif ukoll minn 2016/52 sa 2016/56. Għalhekk il‑preċiżjoni timponi l‑użu esklussiv tal-forom “u” jew “sa”.
Ir-referenzi tal-Ġurnal Uffiċjali
Ara t‑Taqsima 3.1.