5.9.3. Ir-referenzi għall-kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali

Ir-referenzi għall-ġurisprudenza huma kemxejn differenti fil-pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja minn dawk f’pubblikazzjonijiet oħra.

Pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: EU:C:2005:446 Pubblikazzjonijiet għajr dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: ECLI:EU:C:2005:446

Pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Ġabra diġitali tal-kawżi

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea adottat metodu ta’ ċitazzjoni tal-ġurisprudenza li jgħaqqad l-ECLI (mingħajr l-akronimu “ECLI” innifsu) mal-isem tas-soltu tad-deċiżjoni u n-numru tal-kawża fir-reġistru. Dan huwa applikabbli għall-ġurisprudenza kollha sa mill-1954. Dan ġie applikat progressivament minn kull Qorti/Tribunal tal-UE sa mill-ewwel nofs tas-sena 2014, ġie armonizzat bejn il-Qrati tal-Unjoni Ewropea matul is-sena 2016:

sentenza tat-12 ta’ Lulju 2005, Schempp, C-403/03, EU:C:2005:446, punt 19

Jekk id-deċiżjoni ma ġietx ippubblikata sħiħa fir-Rapporti, tiżdied il-formula “mhux ippubblikat(a)”:

sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2007, Walderdorff vs il-Kummissjoni, T-442/04, mhux ippubblikata, EU:T:2007:161

tip:

Għal aktar informazzjoni

Is-sit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: Curia (https://curia.europa.eu/jcms/jcms/P_125997/mt)

Identifikatur Ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

Ara t-Taqsima 4.5.

info:
Rapporti tal-kawżi fuq il-karta

Il-kawżi kienu ppubblikati fuq il-karta jew fil-Ġabra tal-Ġurisprudenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali (sal-2011), jew fil-Ġabra tal-Qorti Ewropea — il-Ġabra tas-Servizz Pubbliku tal-Komunità Ewropea (sal-2009).

Fir-referenzi għall-kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kienu jużaw formola interna limitata għall-pubblikazzjonijiet tagħhom proprji (notevolment fir-Rapport tal-Kawżi quddiem il-Qorti) u ma kinux isemmu s-sena tar-rapport (fejn is-sena hija dik tas-sentenza):

is-Sentenza tal-15 ta’ Jannar 1986, il-Kummissjoni v il-Belġju (il-Każ 52/84, ECR 89, il-punt 12)

is-Sentenza tat-28 ta’ Jannar 1992, Speybrouck v il-Parlament (il-Każ T-45/90, ECR II-33, il-punt 2)

is-Sentenza tad-9 ta’ Frar 1994, Latham v il-Kummissjoni (il-Każ T-3/92, ECR I-A-23 u II-83, il-punt 2)

NB:

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, “il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej” saret “il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea” u “l-Qorti tal-Prim’Istanza” saret “il-Qorti Ġenerali”.

Pubblikazzjonijiet għajr dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-ġurisprudenza tista’ wkoll tiġi ċċitata f’pubblikazzjonijiet li mhumiex tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: pubblikazzjonijiet ġenerali, atti legali ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali (b’mod partikolari deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-istat jew fużjoni, eċċ.).

Minħabba li pubblikazzjonijiet bħal dawn huma mmirati għal pubbliku mhux speċjalizzat, il-metodu ta’ ċitazzjoni jinvolvi informazzjoni addizzjonali.

NB:

Il-komunikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Ġurnal Uffiċjali ssegwi r-regola ta’ ċitazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Mill-1 ta’ Jannar 2015, il-metodu għar-referenzjar tal-ġurisprudenza jagħti ammont ta’ flessibbiltà lill-awtur tat-test ewlieni, iżda jistandardizza ċ-ċitazzjoni tal-ECLI fin-nota ta’ qiegħ il-paġna.

Test ewlieni

Ir-referenza tal-ġurisprudenza għandha tinkludi mill-inqas:

  • it-tip ta’ deċiżjoni (sentenza, ordni, eċċ.),
  • l-isem tal-qorti.

Jistgħu jiżdiedu dawn l-elementi li ġejjin, jekk ikunu utli fil-kuntest:

  • l-isem tas-soltu tal-kawża,
  • id-data tad-deċiżjoni.

Nota ta’ qiegħ il-paġna

Il-format standardizzat jinkludi dejjem dawn l-elementi li ġejjin, fl-ordni kif muri hawn taħt:

  • it-tip ta’ deċiżjoni (sentenza, ordni, eċċ.),
  • l-isem tal-qorti,
  • id-data tad-deċiżjoni,
  • l-isem tas-soltu tal-kawża,
  • in-numru tal-kawża,
  • l-ECLI tad-deċiżjoni,
  • jekk meħtieġ, kull paragrafu partikolarment pertinenti.

Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 ġie annullat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(1) […]

(1)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-178/03, ECLI:EU:C:2006:4, punti 60 sa 65.

Fis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill(1), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 […]

(1)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-178/03, ECLI:EU:C:2006:4, punt 60.

Jekk l-istess deċiżjoni hija msemmija għal ħafna drabi, l-aħjar li jkun deċiż, fl-ewwel okkorrenza tagħha, kif ser tidher aktar ’il quddiem:

Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 ġie annullat mill-Qorti tal-Ġustizzja(1) (minn issa ’l quddiem imsejjaħ is-“sentenza tal-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill)” […]

Fis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Jannar 2006, fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill(1) (minn issa ’l quddiem imsejjaħ is-“sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006”), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 […]

Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 ġie annullat mill-Qorti tal-Ġustizzja(1) (minn issa ’l quddiem imsejjaħis-“sentenza fil-Kawża C-178/03”) […]

Dan il-metodu ta’ ċitazzjoni japplika kemm għar-referenzi tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li ġew ippubblikati fuq il-karta fil-Ġabra u għal dawk li, aktar riċenti, kienu ppubblikati biss f’format diġitali.

tip:

Sommarju f’tabella

Mod ta’ ċitazzjoni f’pubblikazzjonijiet għajr dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja (f’24 verżjoni tal-lingwa)

Fejn issib l-ECLI

Għal tiftixa ta’ malajr għall-ECLI ta’ kwalunkwe deċiżjoni, ittajpja n-numru tal-kawża fil-formola ta’ tiftix ta’:

Fejn issib l-isem tas-soltu tal-kawża

L-isem tas-soltu tal-kawża huwa assenjat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Jista’ jinstab permezz tal-konsultazzjoni fil-listi li jistgħu jiġu aċċessjati mis-sit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (fil-paġna “Aċċess numeriku”) (https://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_7045/mt). Dawn il-listi jeżistu biss bl-Ingliż u bil-Franċiż.

info:
Qabel l-1 ta’ Jannar 2015

Fil-pubblikazzjonijiet għajr dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja, għar-referenzi tal-ġurisprudenza, id-data tad-deċiżjoni u s-sena tal-ġabra tal-qorti kienu jkunu inklużi biex jiffaċilitaw ir-riċerka bibljografika tal-qarrej, li jista’ jkun ma kienx ikun konxju tar-rabta bejn is-sena tal-pubblikazzjoni u s-sena tad-deċiżjoni:

  • Qabel il-15 ta’ Novembru 1989:

    is-Sentenza tal-15 ta’ Jannar 1986 fil-Każ 52/84, il-Kummissjoni v il-Belġju (ECR 1986, p. 89, il-punt 12)

  • Wara l-15 ta’ Novembru 1989 ’il hemm (il-każijiet tal-Qorti u tat-Tribunal jiġu ppubblikati separatament):

    is-Sentenza tat-30 ta’ Jannar 1992 fil-Każ C-328/90, il-Kummissjoni v il-Greċja (ECR 1992, p. I-425, il-punt 2)

    is-Sentenza tat-28 ta’ Jannar 1992 fil-Każ T-45/90, Speybrouck v il-Parlament (ECR 1992, p. II-33, il-punt 2)

  • Mill-1 ta’ Jannar 1994 sal-31 ta’ Diċembru 2005 (kawżi tas-servizz pubbliku biss):

    is-Sentenza tad-9 ta’ Frar 1994 fil-Każ T-3/92, Latham v il-Kummissjoni (ECRFP 1994, p. I-A-23 u II-83, il-punt 2)

  • Mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2014 (il-każijiet tal-persunal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku):

    is-Sentenza tad-9 ta’ Novembru 2006 fil-Każ C-344/05 P il-Kummissjoni v De Bry (ECRFP 2006, p. I-B-2-19 u II‑B‑2‑127)

    is-Sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2006 fil-Każ T-156/03 Pérez-Díaz v il-Kummissjoni (ECRFP 2006, p. I-A-2-135 u II‑A‑2‑649)

    is-Sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2006 fil-Każ F-1/05 Landgren v ETF (ECRFP 2006, p. I-A-1-123 u II-A-1-459)