5.9.4. Ir-referenzi bibljografiċi
Ir-referenzi biblijografiċi jinkludu diversi elementi (bħall-isem tal-awtur, it‑titolu, il‑pubblikatur, il‑post tal-pubblikazzjoni u s-sena tal-pubblikazzjoni) li jiddependu mit-tip ta’ riżorsa li qed issir referenza għaliha.
Ir-referenzi bibljografiċi jinkludu diversi elementi li jiddependu fuq it‑tip ta’ riżorsa ta’ informazzjoni msemmija u fejn jintużaw — f’bibljografija, f’nota f’qiegħ il‑paġna jew fit-test. Il-preżentazzjoni tal-elementi ta’ referenza (punteġġatura, ifformattjar, eċċ.) dejjem issegwi l‑istess stil, irrispettivament mill-post ta’ referenza. Fir-rigward tal-ordni tal-elementi, hemm formola speċifika għal referenzi fit-test li ssegwi s‑sistema ta’ referenzjar tal-isem u d‑data.
Referenza għal xogħol sħiħ
Jeħtieġ li tintuża l‑ordni tal-elementi li ġejja, mifrudin b’virgoli:
- l-awtur jew l‑editur (ir-rwol tal-editur huwa indikat permezz ta’ “(ed.)” jew “(edi)”):
- awtur korporattiv u/jew
- il-kunjom u l‑inizjal(i) jew isem l‑awtur;
- it-titolu tax-xogħol bil-korsiv u, fejn japplika, in‑numru tal-edizzjoni;
- il-pubblikatur, il‑post tal-pubblikazzjoni (fakultattiv), is‑sena tal-pubblikazzjoni, eċċ.;
- jekk ikun disponibbli, identifikatur persistenti fl‑għamla ta’ identifikatur tar-riżors uniformi (URI), pereżempju DOI:
Il-Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Gwida Qasira għall-UE, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑Lussemburgu, 2023, https://data.europa.eu/doi/10.2775/290518.
Il-Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, Kotevska, B. u Pavlou, V., Promotion of Gender Balance in Political Decision-making, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑Lussemburgu, 2023, https://data.europa.eu/doi/10.2838/749712.
Wettinger, G., Kliem Malti Qadim, L‑Istitut tal-Lingwistika u d-Dipartiment tal-Malti fl‑Università ta’ Malta, 2006.
Cachia, L. (ed.), Lexicon jew Dizzjunarju Malti-Latin-Taljan ta’ Mikiel Anton Vassalli, Gutenberg Press, Malta, 2016.
Referenza għal parti minn xogħol (kontribuzzjoni jew kapitolu)
Jeħtieġ li tintuża l‑ordni tal-elementi li ġejja, mifrudin b’virgoli:
- l-awtur:
- awtur korporattiv u/jew
- il-kunjom u l‑inizjal(i) jew isem l‑awtur;
- it-titlu tal-kontribuzzjoni jew il‑kapitolu, fil-virgoletti;
- l-editur tax-xogħol, preċedut minn “fi:” u segwit minn “(ed.)” (jew “(edi)”);
- it-titolu tax-xogħol bil-korsiv u, fejn japplika, in‑numru tal-edizzjoni;
- il-pubblikatur, il‑post tal-pubblikazzjoni (fakultattiv), is‑sena tal-pubblikazzjoni, il‑paġna/i rilevanti, eċċ.;
- jekk ikun disponibbli, identifikatur persistenti fl‑għamla ta’ URI, pereżempju DOI:
Grima, A., “L-Analiżi Kritika tal-Poeżija”, fi: Portelli, T. (ed), Il-Qari tal-Letteratura: Bejn Esperjenza u Kritika, Allied Publications, Malta, 2009, pp. 71–98.
Referenza għal pubblikazzjoni serjali jew parti minnha
Jeħtieġ li tintuża l‑ordni tal-elementi li ġejja, mifrudin b’virgoli:
- jekk ikun disponibbli, l‑awtur:
- awtur korporattiv u/jew
- il-kunjom u l‑inizjal(i) jew isem l‑awtur;
- fejn japplika, it‑titolu tal-artiklu jew tal-ħarġa sħiħa, fil-virgoletti;
- it-titolu tal-pubblikazzjoni serjali bil-korsiv;
- l-għadd jew id‑data;
- il-pubblikatur (fakultattiv), il‑post tal-pubblikazzjoni (fakultattiv), is‑sena tal-pubblikazzjoni, paġna/i relevanti, eċċ.;
- jekk ikun disponibbli, identifikatur persistenti fl‑għamla ta’ URI, pereżempju DOI:
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: id‑Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, “Economic transformation in Hungary and Poland”, European Economy, Nru 43, Marzu 1990, l‑Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il‑Lussemburgu.
Mill-1.7.2009: “L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea”. Agħmel żgur li żżomm l‑isem oriġinali għal pubblikazzjonijiet maħruġa qabel dik id‑data.
Manley, S., Moslemzadeh Tehrani, P. u Rasiah, R., “The (non-)use of African law by the International Criminal Court”, European Journal of International Law, Vol. 34, Ħarġa 3, 2023, pp. 555–580, https://doi.org/10.1093/ejil/chad035.
Referenza għal letteratura griża (dokumenti ta’ ħidma, rapporti, minuti ta’ laqgħat, eċċ.)
Jeħtieġ li tintuża l‑ordni tal-elementi li ġejja, mifrudin b’virgoli:
- awtur:
- awtur korporattiv u
- fejn japplika, il‑kunjom u l‑inizjal(i) jew isem l‑awtur;
- it-titolu tad-dokument, fil-virgoletti;
- in-numru tad-dokument / referenza tar-reġistru;
- id-data tad-dokument;
- jekk ikun disponibbli, indirizz tal-URI/URL:
Il-Kummissjoni Ewropea, “Consultation on a monitoring framework for the 8th environment action programme”, Ares(2021)4555569, l‑14 ta’ Lulju 2021, https://environment.ec.europa.eu/system/files/2021-07/Explanatory%20Note%208EAP%20Indicators.pdf.
Id-dokumenti li jintużaw għat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, bħad-dokumenti COM jew SWD tal-Kummissjoni (ara d‑“Dokumenti preparatorji” fuq il‑EUR-Lex), mhumiex ikkunsidrati bħala letteratura griża. Għandha ssir referenza għalihom bl‑istess mod bħad-dokumenti legali. Jekk tali dokument jiġi ppubblikat bħala pubblikazzjoni elettronika jew stampata b’identifikaturi assenjati, bħal DOI, tapplika r‑regola ta’ ċitazzjoni ta’ xogħol sħiħ.
Referenza għal sett tad-data
Jeħtieġ li tintuża l‑ordni tal-elementi li ġejja, mifrudin b’virgoli:
- l-awtur:
- awtur korporattiv u/jew
- il-kunjom u l‑inizjal(i) jew isem l‑awtur;
- it-titolu tas-sett tad-data, fil-virgoletti;
- fejn japplika, in‑numru tal-verżjoni/l-edizzjoni;
- il-pubblikatur, jekk ikun differenti mill-awtur;
- id-data tal-pubblikazzjoni:
- id-data ta’ meta nħolqot jew
- jekk is‑sors ġie aġġornat, id‑data tal-aġġornament u, fil-parentesi, id‑data ta’ meta nħoloq;
- id-data tal-kwotazzjoni (li tindika d‑data li fiha s‑sors kien aċċessat);
- identifikatur persistenti fl‑għamla ta’ URI, pereżempju DOI jew identifikatur ieħor persistenti u risolvabbli ġestjonat mill-fornitur tad-data:
Il-Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Informatika, “National Interoperability Framework Observatory (NIFO) – Digital public administration factsheets 2020”, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l‑1 ta’ Diċembru 2020, aċċessat fis‑6 ta’ Diċembru 2023, https://doi.org/10.2906/100105103105116/1.
Il-Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, “Safety Gate (the EU rapid alert system – non-food”, Verżjoni 0.1, l‑14 ta’ Diċembru 2018 (maħluq fl‑1 ta’ Frar 2016), aċċessat fis‑16 ta’ Ġunju 2023, http://data.europa.eu/88u/dataset/rapex-rapid-alert-system-non-food.
Referenza għal paġna web
Jeħtieġ li tintuża l‑ordni tal-elementi li ġejja, mifrudin b’virgoli:
- l-awtur:
- awtur korporattiv u/jew
- il-kunjom u l‑inizjal(i) jew isem l‑awtur;
- it-titolu tal-paġna web, fil-virgoletti;
- it-titolu tas-sit web;
- jekk tkun disponibbli, id‑data tal-pubblikazzjoni:
- id-data ta’ meta nħolqot jew
- jekk is‑sors ġie aġġornat, id‑data tal-aġġornament u, fil-parentesi, id‑data ta’ meta nħoloq;
- id-data tal-kwotazzjoni (li tindika d‑data li fiha s‑sors kien aċċessat);
- l-indirizz tal-URI/URL:
Il-Kummissjoni Ewropea, “Il-Kummissjoni tadotta estensjoni limitata tal-għodod ta’ kriżi tal-għajnuna mill-Istat biex tkompli tappoġġa s‑setturi tal-agrikoltura u tas-sajd”, IP/24/2332, is‑sit web tal-Kummissjoni Ewropea, it‑2 ta’ Mejju 2024, aċċessat fit‑8 ta’ Mejju 2024, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_24_2332.
Ir-regola li biha jiġu kkwotati l‑paġni web ma tikkonċernax pubblikazzjoni fil-format HTML. Dawn jaf ikunu disponibbli bħala paġni web, imma jiġu identifikati b’identifikaturi internazzjonali, inkluż DOI, u jeħtieġ li jiġu kkwotati skont ir‑regola għat-tip ta’ pubblikazzjoni inkwistjoni (xogħol sħiħ, parti minn xogħol, eċċ.).
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Ir-rwol ta’ koordinazzjoni li s‑Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jaqdi — Fil-biċċa l‑kbira jaħdem b’mod effettiv, iżda hemm xi dgħufijiet fil-ġestjoni tal-informazzjoni, fil-kompożizzjoni tal-persunal u fir‑rappurtar, Rapport Speċjali 02/2024, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2865/5475.
Referenza għal messaġġ impostat fuq il‑midja soċjali
Jeħtieġ li tintuża l‑ordni tal-elementi li ġejja, mifrudin b’virgoli:
- l-awtur:
- awtur korporattiv u/jew
- il-kunjom u l‑inizjal(i) jew isem l‑awtur;
- l-identità tal-midja soċjali tal-awtur preċeduta minn isem il‑midja soċjali u żewġ punti, fil-parentesi;
- it-titolu jew il‑kontenut (fil-qosor) tal-messaġġ impostat, fil-virgoletti;
- f’każ ta’ messaġġ li jkun ġie impostat mill-ġdid, l‑isem u l‑identità tal-midja soċjali tal-awtur oriġinali;
- id-data tal-pubblikazzjoni;
- id-data tal-kwotazzjoni (li tindika d‑data li fiha s‑sors kien aċċessat);
- l-indirizz tal-URI/URL:
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Facebook: @Cordis_EU), “75 Results Packs publications, thematic collections of #H2020 #EUfunded research projects, offered on Cordis”, is‑16 ta’ Novembru 2020, aċċessat fid‑29 ta’ Awwissu 2023, https://www.facebook.com/EUresearchResults/posts/1116540438853325.
Referenzi fi ħdan it‑test
Ir-referenzi fi ħdan it‑test jużaw kunjom l‑awtur / isem l‑awtur korporattiv u s‑sena tal-pubblikazzjoni, pereżempju “(Camilleri, 1991)”.
Meta awtur ikollu żewġ pubblikazzjonijiet jew aktar ikkwotati mill-istess sena, is‑sena tal-pubblikazzjoni tkun segwita minn ittri żgħar “a”, “b”, “ċ”, eċċ. bla spazju, pereżempju “(Camilleri, 1991a)”.
… u huwa diskuss aktar fid-dokument L-infrastruttura tat‑trażmissjoni tal-Enerġijaul-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in‑Natura (il‑Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, 2018b).
F’dan il‑każ, l‑entrati fil-bibljografija jkollhom is‑sena fit-tieni pożizzjoni, fil-parentesi, u mhux fil-pożizzjoni tal-aħħar jew ta’ qabel tal-aħħar:
Il-Kummissjoni Ewropea (2018), “In-depth analysis in support of the Commission communication COM(2018) 773 – A clean planet for all – A European long-term strategic vision for a prosperous, modern, competitive and climate neutral economy”, it‑28 ta’ Novembru, https://climate.ec.europa.eu/system/files/2018-11/com_2018_733_analysis_in_support_en.pdf.
Il-Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (2013), Guidelines on Wilderness in Natura 2000 – Management of terrestrial wilderness and wild areas within the Natura 2000 network, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑Lussemburgu, https://data.europa.eu/doi/10.2779/33572.
Il-Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (2018a), Dokument ta’ gwida dwar ir‑rekwiżiti għall-enerġija idroelettrika f’rabta mal‑leġiżlazzjoni tal-UE dwar in‑Natura, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑Lussemburgu, https://data.europa.eu/doi/10.2779/057543.
Il-Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (2018b), L-infrastruttura tat‑trażmissjoni tal-Enerġijaul-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in‑Natura, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑Lussemburgu, https://data.europa.eu/doi/10.2779/291639.
Il-Kummissjoni Ewropea: id‑Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (2019), Il-ġestjoni tas-siti tan-Natura 2000 — id‑dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il‑Ħabitats, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑Lussemburgu, https://data.europa.eu/doi/10.2779/144068.
Ġenerali
Ir-referenzi għal xogħlijiet ta’ għadd ta’ awturi jikkwotaw l‑awturi kollha tax-xogħol meta l‑għadd totali tal-awturi (inkluż l‑awtur korporattiv) ikun ħamsa jew anqas, jew inkella l‑ewwel ħamsa, u “et al.” meta l‑għadd totali tal-awturi jkun ta’ aktar minn ħamsa:
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id‑Droga, Pirona, A., Atkinson, A., Sumnall, H. u Begley, E., Health Responses to New Psychoactive Substances, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑Lussemburgu, 2016, https://data.europa.eu/doi/10.2810/536519.
Jakimovski, D., Grozdanovski, K., Rangelov, G., Pavleva, V., Banović, P. et al., “Cases of Crimean-Congo haemorrhagic fever in North Macedonia, July to August 2023”, Eurosurveillance, Vol. 28, Ħarġa 34, 2023, https://data.europa.eu/doi/10.2807/1560-7917.ES.2023.28.34.2300409.
Għall-konvenjenza, jintużaw is‑soliti abbrevjazzjonijiet: ikomp., p., Vol., eċċ. (ara l-Anness A3). Kull nota ta’ spjegazzjoni bħal mhija l‑edizzjoni, il‑post tal-pubblikazzjoni, eċċ. għandha titfassal bil-Malti, anke jekk il‑pubblikazzjoni hija disponibbli biss b’lingwa oħra.